Josianne Cutajar tiltaqa' mal-FKNK

  • Nov 07, 2019 19:53
  • Miktub minn iNews
"
    L-Ewroparlamentari Josianne Cutajar iltaqgħet mal-Kap Eżekuttiv, Lino Farrugia, u l-Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi, Lucas Micallef, mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
     
    Il-laqgħa saret fl-uffiċju ta' Dr Cutajar fil-Parlament Ewropew ġewwa Brussell waqt li l-uffiċjali tal-FKNK kienu qed jipparteċipaw f'laqgħat tal-FACE.
     
    Id-diskussjonijiet bejn il-partijiet ittrattaw il-kontribut li tista' tagħmel Cutajar rigward il-problema taċ-ċomb fil-munizzjon, li fil-preżent qiegħed fuq quddiem fl-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea li trid teliminaħ għalkollox; u għal applikazzjoni ta' derogi għall-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa u l-insib tal-għasafar tal-għana fl-2020.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0