MV Nikolaus ser isirulu modifiki għal aktar aċċessbilità

  • Nov 07, 2019 16:50
  • Miktub minn iNews
"

    Fuq il-paġna tal-Gozo Channel Operations Limited tħabbar li l-vapur MV Nikolaus, ser jieqaf jopera b’mod temporanju sabiex isiru xi modifiki fuqu biex tissaħħaħ l-aċċessbilità.

    MV Nikolaos, li ssieħeb mal-flotta tal-Gozo Channel f’Ġunju ta’ din is-sena, ser ikun wieqaf bejn il-11 ta’ Novembru 2019 u t-12 ta’ Diċembru 2019 sabiex isiru l-modifiki neċċessarji u jsir iktar aċċessibbli. Dan ser isir billi ser isiru s-side ramps biex il-passiġġieri ikunu jistgħu jgħaddu mit-terminals rispettivi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. Dawn il-modifiki ser isiru f’tarzna barra minn Malta hekk kif innegozjat mis-sidien tal-istess vapur wara li qablu li jsiru dawn il-modifiki a spejjeż tagħhom.

    L-MV Nikolaus ser jibqa’ jopera sakemm jiġi ffinalizzat il-proċess tat-tender għall-vapur ġdid.

    Il-ħinijiet tal-Vapuri ser jibqa l-istess kif ippublikat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0