Id-deċiżjoni tat-Tribunal tikkonferma l-urġenza tas-Central Link Project

  • Nov 07, 2019 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    Infrastructure Malta tilqa’ d-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar li kkonferma mill-ġdid is-Central Link Project bħala s-soluzzjoni biex jissolvew il-problemi tal-konġestjoni u tniġġis tal-arja li ilhom ħafna snin jifnu r-residenti ta’ Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħ’Attard u nħawi oħrajn fil-madwar. 

    Id-deċiżjoni tat-Tribunal tikkonferma wkoll il-validità tal-istudji li saru bi tħejjija mit-tim t’esperti, ekonomisti, periti, inġiniera u tekniċi li kienu fdati bl-ippjanar u l-konsultazzjoni ta’ dan il-proġett. L-allegazzjoni li saret mill-appellanti li dawn il-pjanti u l-istudji kien fihom informazzjoni “qarrieqa” ġiet miċħuda mit-Tribunal bħala “fierha u bla bażi”. Bl-istess mod ġiet miċħuda wkoll bħala “mhux korretta” l-allegazzjoni tal-appellanti li l-pubbliku ma kellux aċċess għall-informazzjoni dwar il-proġett waqt il-proċess tal-ippjanar li wassal għall-ħruġ tal-permess għall-iżvilupp tal-proġett. 

    Għaldaqstant, wara li diġà kien ġie studjat mill-Kummissjoni Ewropea dan il-proġett issa  għandu wkoll l-approvazzjoni minn żewġ bordijiet separati tal-ippjanar. M’għad hemm l-ebda dubju dwar l-urġenza, l-validità u l-benefiċċji ta’ dan l-investiment. Is-Central Link Project għandu wkoll l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-poplu, kif jikkonfermaw l-istudji soċjoloġiċi indipendenti li saru waqt il-fażi tal-ippjanar. L-istudji tekniċi u xjentifiċi li saru fl-istadji tal-ippjanar u l-konsultazzjoni qisu diversi proposti differenti u identifikaw is-Central Link Project bħala l-aħjar soluzzjoni u l-iżjed waħda ta’ benefiċċju biex intejbu l-kwalità tal-ajra, inkattru s-sostenibilità ambjentali u nnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar.

    Infrastructure Malta ttenni l-impenn tagħha li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-infrastrattura tat-toroq f’Malta.  Matul il-proċess tal-appell, l-aġenzija pprovdiet lit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar kull informazzjoni u appoġġ li kien jeħtieġ biex jagħmel ir-reviżjoni tiegħu dwar is-Central Link Project u jiddeċiedi dwar it-talbiet li sarulu mill-appellanti. Barra minn hekk, kif ikkonfermat waqt il-proċess tat-Tribunal stess, l-aġenzija wieġbet għal kull talba li saritilha għall-informazzjoni jew għal kjarifika mingħand dawk kollha interessati, inkluż l-appellanti nfushom. 

    “Ninsab kunfidenti li t-tim ta’ mpjegati tagħna u l-kuntratturi li se jkunu fdati b’dan it-titjib importanti se jaħdmu qatigħ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett fl-aħjar interess tar-residenti tal-inħawi u ta’ dawk kollha li jagħmlu użu minn dawn it-toroq,” sostna l-Inġinier Fredrick Azzopardi, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-deċiżjoni meħuda mit-Tribunal. 

    Waqt li l-aġenzija se tkompli tippjana t-twettiq ta’ dan il-proġett, il-bibien tagħha jibqgħu dejjem miftuħin għar-residenti u dawk kollha ġenwinament interessat li jagħtu kontribut permezz ta’ proposti dwar kif jista’ jiġi mtejjeb il-proġett jew jitnaqqsu xi impatti mhux mixtieqa. “Minn meta tħabbar il-proġett fl-2018, diġà nkludejna diversi suġġerimenti li għamlu l-NGOs, residenti u individwi jew organizzazzjonijiet oħrajn. U dan il-proċess li nikkonsultaw dwar kif jista’ jkun hemm aktar titjib se nkompluh anke waqt il-fażi tal-implimentazzjoni,” żied jgħid l-Inġinier Azzopardi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0