“Għal kull dritt hemm dmir, anke fl-użu tal-midja soċjali” - Rosemarie Calleja, Senior Lecturer MCAST

  • Nov 02, 2019 18:32
  • Miktub minn iNews
"

    Rosemarie Dorekens, Senior Lecturer MCAST saħqet magħna li “għal kull dritt hemm dmir anke fl-użu tal-midja soċjali”.

    Enfasizzat li “dak li ġara f’Ħal Safi, affettwa lis-soċjetà u l-opinjoni pubblika. Ma nistax bħala lettur tal-ġurnaliżmu ma nagħtix każ ta´ dak li qed jiġri madwarna u ta´ kif l-isfera pubblika, jiġifieri dik il-komunità virtwali jew immaġinarja,  kif kien isejħilha l-filosofu Ġermaniż Jurgen Habermas,  qed tiżdied b´mod allarmanti, minħabba l-fatt, li mhux biss qegħdin ngħixu f´demokrazija b´saħħitha - u allura n-nies jafu d-drittijiet tagħhom x´inhuma - imma permezz tal-avvanz tat-teknologija, dan il-fenomenu qed jiżdied u saret eħfef biex tikkomunika b´mod faċli u malajr.

    “llum il-ġurnata m´hemmx għalfejn tinżel fil-pjazza biex tipprotesta. llum tiftaħ il-mowbajl, jgħaddilek ħsieb minn moħħok u f´ħakka t’għajn d-dinja kollha tkun tafu, permezz ta´ dak li tkun ktibt fuq l-istatus tiegħek fuq il-medja soċjali. Lanqas hemm il-bżonn li turi min int ukoll. Għax tista´ tagħmel hekk b´mod anonimu. U għalhekk, dan l-użu populesk, jista´ jwassal għall-konsegwenzi, fejn il-poplu jista´ jinżel fil-pjazza biex jipprotesta, imma ma jfissirx li jkun sar hekk b´mod għaqli. Il-libertà tal-espressioni hija dritt ta´ kulħadd, pero´ bosta ma jafux li huwa dmir ukoll. Għandna dmir li nipproteġu u ma noffendux persuni, speċjalment li qegħdin fil-minoranza bi kliemna. Kliem dispreġġjattiv u li jnissel mibegħda ma jagħmilx gid lis-soċjetà. Jġib firda mhux għaqda.”

    Tenniet li “l-midja soċjali huwa mezz ieħor, bħalma kien ir-radju, t-televiżjoni u kull mezz tal-massa. L-unika differenza hi li l-messaġġ ma baqgħax f´idejn l-elite u f´idejn min imexxi, imma spiċċa litteralment f´idejna. Aħna sirna l-produtturi tal-messaġġ. Ma bqajniex konsumaturi biss. U għalhekk nisħaq l-importanza tal-edukazzjoni u kif għandna nitgħallmu nużaw dawn il-mezzi bl-litteriżmu u b’´reponsabbiltà. Għandna nifhmu, li dak li qed jingħad u jinkiteb fuq mezzi soċjali, qed jingħad lill-massa u mhux biss lil dawk l-erbat iħbieb fuq Facebook. Il-konsegwenzi huma kemm fuq skala macro, fejn f´dan il-każ, użu ħażin jista´ joħloq diviżjoni u xenofobija fil-pajjiż. Fuq skala micro, l-konsegwenzi jistgħu jkunu legali u saħansitra wieħed jista´ jeħel il-ħabs. Huwa tajjeb li nistgħu nesprimu l-opinjoni tagħna pero´ għal kull dritt hemm dmir, anke fl-użu tal-medja soċjali”, sostniet Rosemarie Dorekens.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0