Eku tal-inċident fis-Centenary Stadium ... l-MFA tiċċara l-fatti

  • Nov 01, 2019 15:39
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-inċident li seħħ fis-Centenary Stadium f'Ta' Qali nhar il-Ħamis filgħaxija matul partita mill-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni bejn Santa Venera Lightnings u Kirkop Unied, fi stqarrija uffiċjali l-MFA saħqet li l-priorità assoluta tal-assoċjazzjoni hija s-saħħa tal-player involut fl-istess inċident, Jiġifieri, Yau Mun Law.

    L-MFA hija infurmata li bħalissa tinsab fis-seħħ inkjesta maġisterjali li ntlaqgħet b'mod tajjeb mill-MFA u qed tikkopera magħha u tassistiha bis-sħiħ.

    Sadanittant, ġew stabbiliti proċeduri mill-persuni konċeranti biex jassistu lill-player. L-ewwel assistenza ngħatat mit-team paramediku tal-MFA li kien xogħol fis-Centenary Stadium li applika l-proċedura msejħa CPR bl-użu tal-AED, konformi mal-protokoll mediku standard. Assistenza ta' valur ingħatat ukoll minn fotografu li kien xogħol fl-istess ground. Dan filwaqt li mal-wasla tagħhom it-team ta' Emerġenza Medika kif ukoll dak paramediku ħa s-sitwazzjoni f'idejh immedjatament. 

    Bħala rispons immedjat, l-MFA se tkun qed tipprovdi għajnuna psikoloġika liż-żewġ timijiet kif ukoll lill-uffiċjali li kienu nvoluti f'din il-partita.

    L-MFA mhux se tkun qed tagħti iktar dettalji fid-dawl li tinsab għaddejja inkjesta maġisterjali. Dan filwaqt li l-Assoċjazzjoni ħeġġet lill-pubbliku ġenerali biex jeżerċita l-kawtela meta jikkummenta fuq dan l-inċident sakemm id-dettalji fattwali kollha relatati ma' dan il-każ jiġu stabbiliti.

    Fi żmien iktar opportun, l-MFA se tkun qed tagħti iktar dettalji fuq il-prekawzjonijiet mediċi li tieħu matul partiti tal-football f'kull livell, li frekwentament jintlagħbu b'mod simultanju fi stadia differenti. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0