“Riġenerazzjoni, immodernizzar u investiment fl-oqsma tal-biedja u tas-sajd”

  • Ott 29, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn elenka u spjega uħud mill-miżuri li s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali se jkun qed iwettaq fis-sena 2020 relatati mal-baġit li tħabbar ftit ġimgħat ilu.

    Clint Camilleri qal li l-baġits tal-Gvern Laburista dejjem kienu baġits għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u mingħajr l-ebda dubju dan hu l-aktar baġit b’saħħtu sa issa li qatt għamel il-gvern. Iddeskriva dan il-baġit bħala wieħed li jkompli jindirizza s-sostenibbiltà tas-setturi tal-biedja u tas-sajd, li jkompli jibni fuq dawk preċedenti u li jippremja l-bżulija. Is-segretarju parlamenari qal li “l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda huma element importanti għall-protezzjoni tal-ambjent u ninsab ċert li l-poplu jagħraf li s-sajjieda, ir-raħħala u l-bdiewa huma xempju tal-bżulija”.

    Semma l-allokazzjoni ta’ €940,000 għall-iStorm Damages Scheme. Clint Camilleri spjega li l-gvern introduċa qafas biex tingħata assistenza għall-ewwel darba lill-bdiewa Maltin u Għawdxin wara l-ħsarat strutturali li ġarrbu fil-maltempata ta’ Frar li għadda. Spjega li dan hu pass ieħor pożittiv bla preċedent favur is-sostenibbiltà tas-settur agrikolu. Sal-11 ta’ Ottobru 2019 kienu applikaw ’il fuq minn 100 bidwi, bil-valur tal-ħsara jaqbeż il-€1.1miljun u se jkunu intitolati għal 45% minn dawn il-ħsarat. Is-sajjieda li sofrew danni fl-istess maltempata se jingħataw kumpens ukoll.

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li l-bdiewa ilhom jisħqu dwar il-bżonn ta’ riġenerazzjoni fil-Pitkalija, ilhom jiġu mwegħdin għal għexieren ta’ snin u qatt ma sar xejn. Semma li kien dan il-gvern li indirizza l-problema tal-ħlasijiet b’lura u dawk tal-kaxxi. Clint Camilleri qal li bdew id-diskussjonijiet mal-bdiewa u jinsab pożittiv li l-bdiewa qed japprezzaw dan ix-xogħol u qed ikunu involuti b’mod dirett. Qal li “hemm bżonn ta’ pjan serju u fattibbli, pjan ta’ ristrutturar mill-qiegħ, mhux biss f’infrastruttura tal-bini iżda f’teknoloġiji ġodda, traċċabilità, trasparenza, branding, ippakkjar u nimmodernizzaw il-proċess sħiħ ta’ kif isir il-bejgħ. Il-Pitkalija hi l-post ewlieni fejn isir il-bejgħ għal ħafna bdiewa u l-għan tal-pjan hu li nagħtu l-qligħ xieraq u mistħoqq lill-bidwi.

    Is-segretarju parlamentari tkellem dwar il-Fisheries Services Hub, proġett li se jiswa madwar €5 miljun fejn se niċċentralizzaw is-servizzi marbuta mas-sajd f’post modern u ġdid. Dan hu investiment bżonnjuż biex intejbu l-effiċjenza li hemm bżonn f’dan id-dipartiment. Clint Camilleri ħabbar li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif inġiebu l-permessi meħtieġa biex jibda t-twaqqigħ tal-post.

    Wieħed mill-element kruċjali tas-sostenibbiltà tas-setturi tar-raħħala, tal-bdiewa u tas-sajjieda hu bla dubju ta’ xejn il-promozzjoni. Clint Camilleri fakkar fil-kampanja ta’ success Wines of Distinction li waslet biex tingħalaq u qal li għall-ewwel darba se jitnieda festival għas-settur agrikolu u tas-sajd f’pajjiżna bil-għan ewlieni li noħolqu aktar għarfien dwar il-prodott Malti. Fil-fatt, għal din il-miżura qed nivvutaw €650,000 għas-sena 2020 biex jittella’ dan il-festival. Is-segretarju parlamentari sostna li din żgur ħa tkun opportunità għall-bdiewa, għar-raħħala u għas-sajjieda biex jippromwovu l-prodott lokali filwaqt li spjega li dan qed isir b’sinerġija sħiħa mal-prodotturi u mal-konsumaturi.

    Żied jgħid li “hu l-obbligu tagħna li nfiehmu dejjem aktar lill-konsumatur dwar l-importanza li jagħżel prodott Malti. Anke minn aspett ambjentali l-konsumatur irid jifhem u japprezza dejjem aktar il-kunċetti ta’ zero miles, li meta wieħed jagħżel prodott lokali jfisser inqas trasport, inqas użu ta’ vetturi u ħin qasir ħafna minn meta jinqata’ mill-għalqa sakemm jittiekel”.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li bid-diversi miżuri li tħabbru, jidher ċar li l-baġit imħabbar għas-sena d-dieħla hu sostenibbli għall-pajjiż u bih il-pajjiż mhux biss se jżomm il-kompetittività iżda jżidha. Clint Camilleri kkonkluda li dan hu baġit ieħor ta’ Gvern Laburista li jaħseb f’kulħadd sabiex verament Malta - Inkomplu Nikbru Flimkien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0