Il-GWU tordna azzjonijiet industrijal fis-settur tas-saħħa għall-ħaddiema tal-kumpanija Healthmark

  • Ott 29, 2019 17:52
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union ordnat azzjonijiet industrijali għall-care workers  imsieħba tagħha u li huma impjegati tal-kumpanija Healthmark, wara li din il-kumpanija u l-Ministeru tas-Saħħa naqsu milli jipprovdu ħinijiet tax-xogħol ġusti għal dawn il-ħaddiema. Dan minkejja li l-Ministru tas-Saħħa f’laqgħa mal-GWU fehem is-sitwazzjoni u wera r-rieda li din tkun indirizzata. L-azzjonijiet ikopru l-oqsma kollha tas-servizz tas-saħħa tal-gvern fejn hemm il-preżenza tal-kumpanija Healthmark.

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin qal li permezz tad-direttivi mgħotija mill-Union, il-ħaddiema involuti mhux se jwettqu l-ħasil u l-frix tas-sodod, kif ukoll mhux se jagħmlu xogħolijiet li mhumiex fis-swali lilhom assenjati. Tenna li jekk sa nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru l-Ministeru tas-Saħħa u l-kumpanija Healthmark jibqgħu jinjoraw it-talbiet tal-Union biex dawn il-ħinijiet ikunu aġġustati, dawn l-azzjonijiet se jidħlu fis-seħħ kif skedat. 

    Bondin saħaq li mhux aċċettabbli li filwaqt li quddiem id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg il-Ministeru tas-Saħħa qabel li jipproponi ħinijiet ġodda, dan baqa ma sarx. Qal li l-ħaddiema ta’ Healthmark fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru tas-Saħħa ma jistgħux jibqgħu jaħdmu ġranet addizzjonali minħabba l-mod kif inhuma l-ħinijiet tax-xogħol mgħotija lilhom: “Ma jistax ikun hemm sitwazzjoni fejn ikollok ħaddiema tal-ewwel u tat-tieni klassi.” 

    Il-GWU tagħmilha ċara li fin-nuqqas li jintlaħaq qbil se tirrikori għall-aktar azzjonijiet biex tħares l-interessi tal-imsieħba tagħha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0