L-atleta Fabio Spiteri kiteb jappella lill-ġenituri biex jgħinuhom jidħlu aktar fl-isports.
Spiteri għamel dan billi rrakkonta dwar esperjenza li għadda minnha l-Ħadd li għadda wara s-Super League Triathlon.
Huwa beda bil-parti pożittiva tal-esperjenza u qal li ħassu kuntent b’tant parteċipazzjoni, iżda din il-ħaġa malajr intemmet.
Aktar tard huwa u miexi lemaħ kelb abbandunat u hekk kif prova jaqbdu u spiċċa saħansitra daħal f’għalqa abbandunata ra xi ħaġa li ħasditu.
Hemm mixħuta kien hemm mara nofsha mneżża’, x’aktarx taħt l-effetti tad-droga minħabba li viċin tagħha kien hemm xi seringi.
Huwa kompla jirrakonta u qal li għalkemm prova jqajjimha, din ma rrispondietx u li kienet kiesħa. Huwa mar isejjaħ għall-għajnuna.
Huwa rrakkonta dan kollu biex iqabbel il-mument ta’ ferħ u ċelebrazzjoni tas-saħħa u l-ħajja fuq naħa u ftit metri bogħod kien hemm ċans li tintilef ħajja minħabba l-vizzju tad-droga.
Huwa temm jappella lill-ġenituri biex jinvestu ħinhom u flushom biex jgħinuhom jidħlu fid-dinja tal-isports.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.