Lee Satariano u l-Jott Artie III fuq quddiem

  • Ott 22, 2019 00:30
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Jekk l-ewwel 24 siegħa tal-40 Ediz­zjoni tar-Rolex Middle Sea Race, kienu frustranti għall-biċċa l-kbira tal-flotta, l-24 siegħa sussegwenti dehru li kienu se jkomplu jagħtu sfida diffċli lill-flotta.

    L-uniku jott li rnexxielu joħroġ minn nuqqas ta’ riħ kien il-maxi jott Amerikan, Rambler, li qabeż il-gżira ta’ Lampedusa, waqt li l-bqija tal-flotta kien qed tipprepara għal lejl ieħor kwiet bi ftit progress reġistrat.

    Il-jott ta’ Lee Satariano JV42 Artie III kompla jmexxi l-flotta Maltija.

    B’ekwipaġġ ta’ esperjenza kbira, fosthom Christian Ripard, il-jott kien jinsab 30 mil nawtiku ‘il bogħod mill-bqija tal-flotta Maltija.

    Dan id-distakk iżda ma kienx faċli biex jinkiseb, u Satariano kien fadallu 340 mil nawtiku biex itemm t-tellieqa. Huwa mbassar li żieda fir-riħ fis-sigħat ta’ wara kellhom jgħinu lil Artie III biex iżid fil-veloċità.

    Wara korrezzjoni tal-ħin bis-sistema tal-IRC, tliet jottijiet Maltin kienu jinsabu mal-ewwel għaxra.  Artie kien jinsab fis-sitt post, il-familja Podesta fuq il-jott Elusive 2 kienu fid-disa’ post filwaqt li Xpresso ta’ Sean Borg kien jinsab fl-għaxar post.

    Fil-klassi  IRC 6, għaddejja battalja bejn iż-żewġ jottijiet identiċi tal-Jarhead Young Sailors’ Foundation, il-J109 – JYS Jarhead, misjuq minn Andrea Azzopardi u l-jott JYS Jan misjuq minn Gabriella Mifsud.

    Fost l-ewkipaġġ, li hu magħmul minn nisa biss, hemm Nikki Henderson, li kienet l-iżgħar kaptan fil-Clipper Round the World Race.

    Gabriella Mifsud, Kaptan tal-JYS Jan spjegat l-isfida ma’ JYS Jarhead:

    “Ilna quddiem Jarhead mill-bidu tat-tellieqa, iżda x’ħin avviċinanja l-istrett ta’ Messina, Jarhead għaddewna.

    “Minkejja dan, ma ċedejniex u ħriġna mill-istrett qabilhom. Id-distakk bej­nietna hu wieħed żgħir, u għalhekk din it-taqtiegħa se tkompli!” 

    Fl-IRC 4, Gregory Mifsud, ħu Gab­riella, qed jikkompeti fuq il-jott ta’ Jonathan Gambin, Ton Ton Laferla Insu­rance.

    Din hi l-11-il tellieqa ta’ Gambin, u għalkemm Gregory għad għandu 21 sena, ilu jikkompeti f’din it-tellieqa sa minn mindu kellu 15-il sena, ħlief għal sena waħda: “Bħalissa sejrin tajjeb u għaddejjin b’pass mgħaġġel hekk kif għaddejjin minn ħdejn Stromboli. Kellna nbiddlu l-qlugħ ħafna drabi iżda xorta qed naħdmu b’pass effiċjenti.”

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0