AĠĠORNAT (1.50 p.m.) Inewsmalta tinsab informata li madwar 80 persuna nħarġu miżmumin fuq il-vannijiet tagħhom. Huma se jkunu investigati b'rabta mas-sehem tagħhom fir-rewwixta ta' dan il-lejl.
Intant numru ta' Pulizija ta' kontra l-irvellijiet ħarġu miċ-ċentru miftuħ.
(11.45) Numru sostanzjali ta' uffiċjali tal-Pulizija daħlu fiċ-ċentru ta' Ħal Safi. Grupp ieħor ta' Pulizija jinsabu stazzjonati barra l-grada prinċipali taċ-ċentru miftuħ.
(09.41 a.m.): L-immmigranti attakkaw u ħarqu wkoll il-guardpost li tinsab fl-entratura taċ-ċentru miftuħ. Ħarqu wkoll l-uffiċini amministrattivi fejn jinżammu d-dokumenti kollha u li preżubbilment jikkontjenu l-informazzjoni wkoll dwar l-identità tal-immigranti fiċ-ċentru miftuħ.
(09.11 a.m.): Inewsmalta tinsab informata li ċ-ċentru miftuħ għadu taħt il-kontroll tal-immigranti. Jidher li r-rewwixta nbdiet minn grupp ta’ immigranti Sudaniżi li nħarġu mid-detention center ta’ Ħal Safi.
Inewsmalta tinsab ukoll informata li l-Pulizija għadhom ma aslux fuq il-post fuq jerġgħu jieħdu kontroll taċ-ċentru miftuħ.
Maqbduin mal-immigranti hemm ukoll grupp ta’ nisa, u f’dan l-istadju mhux eskluż ukoll li hemm il-preżenza ta’ tfal.
(08.50 a.m.) Inewsmalta tinsab informata li l-immigranti ħadu kontroll taċ-ċentru ta' Ħal Far, bil-Pulizija għadhom ma jistgħux jidħlu fiċ-ċentru biex jerġgħu jieħdu kontroll lura.
Jidher li saħansitra l-immigranti anke bdew isawtu lil grupp ta' immigranti sħabhom fl-istess ċentru miftuħ.
Minkejja li għall-bidu kien irrapportat li l-karozzi maħruqin kienu tal-Pulizija, ġie kkonfermat li l-immigranti ħarqu karozzi ta' ħaddiema fl-istess ċentru.
AKTAR QABEL: Illejla, grupp ta' madwar elf immigrant qajmu rewwixta fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far wara li rnexxielhom joħorġu barra u bdew jipprotestaw. Bil-konsegwenza ta' dan, tliet Pulizija minn dawk li marru fuq il-post spiċċaw feruti.
Jidher li wara li l-immigranti rnexxielhom joħorġu minn dan iċ-ċentru, huma nġabru u bdew jipprotestaw. Minħabba f'hekk u minħabba l-istorbju ġew imsejħa l-Pulizija.
X'ħin il-Pulizija marru biex jarrestaw lil min kien qed jikkaġuna l-istorbju, l-immigranti ħarġu għalihom bħala grupp wieħed ta' madwar elf persuna. Jidher li l-immigranti bdew igarawlhom l-affarijiet, bħal ġebel, ħġieġ u dak kollu li bdew isibu. Barra minn hekk, anke kissrulhom il-karozzi li ġew bihom.
Filwaqt li tliet Pulizija ġew feruti, jidher li hemm oħrajn li sofrew minn xokk kbir.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.