Kampjonat Premier: Balzan jirbħu bi tbatija

  • Ott 20, 2019 22:14
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Tarxien R......... 1

    Balzan.............. 3

    Balzan kellhom jitħabtu  biex għelbu l-isfida ta’ Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-1 li sofrew is-seba’ telfa nfila u għadhom mingħajr l-ebda punt biex jinsabu fil-periklu li jitilfu posthom mal-kbar.

    Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta meta Uros Ljubomirac impenja lill-goalkeeper żagħ­żugħ, Rudy Briffa.

    Huma komplew jippressaw u seba’ minuti wara Matthew Tabone waqqa’ lil Andrija Majdevac fil-kaxxa. Mill-11 il metru nkariga ruħu l-istess ANDRIJA MAJDEVAC li ma żbaljax hekk kif permezz ta’xutt fil-baxx, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    It-team immexxi mill-coach, Marko Glumac wieġeb fl-24 minuta meta Aleksa Andrejic rnexxielu jindirizza cross insidjuż lejn Stiv Shaba li mill-viċin tar minn tulu u laqat il-ballun bir-ras bi sbrixx, li ntemm barra.

    Fis-26 minuta, Balzan reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Arthur Faria Machado li għadda ftit barra.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-44 minuta Uros Ljubomirac għadda tajjeb lejn Andrija Majdevac, li avvanza fil-kaxxa iżda pront kien Rudy Briffa li ħareġ minn postu biex interċetta kull periklu.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, ir-Rainbows ħarġu ferm aggressivi, u fis-47 minuta Stiv Shaba ħarab tajjeb mal-lemin, għadda lejn Nevin Portelli li min-naħa tiegħu serva lil Miranda Gomez li kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jgħaddi għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper ta’ Balzan, Sean Mintoff.

    Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti wara Marco Botta indirizza cross-shot li kważi ħasad għal kollox lil Mintoff, hekk kif il-ballun ħabat mal-wieqfa.

    U bl-aktar mod meritat fit-53 minuta Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs meta l-captain Thomas Veronese xeħet free-kick preċiż lejn DESTIN MAMBOUANA li għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.

    Iżda, kienu Balzan li fil-65 minuta, reġgħu marru fil-vantaġġ meta Uros Ljubomirac għadda tajjeb lejn is-sostitut ALFRED EFFIONG, li lanqas kien ilu minuta fil-ground u li mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper tar-Rainbows.

    Fil-85 minuta, huma ssiġil­law ir-rebħa  permezz tat-tielet goal meta minn azzjoni personali Uros Ljubomirac xeħet cross li sab lil ANDRIJA MAJDEVAC, li b’xamma kbira għall-goal minn taħt il-lasti tefa’ l-ballun fix-xibka.

    TARXIEN R.: 32-Rudy Briffa, 2-Marco Botta, 3-Tho­mas Veronese, 4-Destin Mambouana,  8-Manuel Torres Murillo, 11-Aleksa Andrejic, 19-Matthew Tabone (7-Cedric Zahra 75), 14-Stiv Shaba,  15-Nevin Portelli (18-Dale Tabone 89), 17-Brooke Farrugia, 23-Miranda Gomez - Coach: Marko Glumac

    BALZAN: 1-Sean Mintoff, 3-Augustine Loof, 5-Aleksandar Kosoric, 10-Steve Pisani, 13-Zachary Karl Grech, 18-Uros Ljubomirac, 20-Ivan Bozovic, 21-Ryan Scicluna (17-Alfred Effiong 65), 23-Stefan Dimic (15-Michael Johnson 79), 44-Arthur Machado Faria (16-Paul Fenech 65), 50-Andrija Majdevac - Coach: Jacques Scerri

    REFEREE: Mario Apap

    ASS. REFEREES:Paul Apap, Mark Ciantar

    RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

    SKORERS:A. Majdevac 22 pen, 85, A. Effiong 65 (B), D. Mambouana 53 (T)

    AMMONITI:B. Farrugia (T), S. Pisani (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Uros Ljubomirac (B)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0