Żewġt irġiel arrestati wara sejba droga fil-Qawra

  • Ott 20, 2019 13:39
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġt irġiel mill-Afrika u mis-Serbja u li għandhom 21 sena u 35 sena rispettivament kienu arrestati lbieraħ waranofsinhar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

    L-irġiel ġew arrestati wara li l-Pulizija osservathom jaġixxu b’mod suspettuż viċin stabbiliment ta’ divertiment fl-inħawi ta’ Fra Ben fil-Qawra. Minn tfittxija li saret fuq l-Afrikan instab permess ta’ residenza Taljana, ammont ta’ pakketti mimlija b’sustanza ħaxixa u raża tal-pjanta tal-Kannabis kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Minn fuq is-Serb ġew elevati numru ta’ pakketti mimlijin b’sustanza ħaxixa tal-pjanta tal-Kannabis, amfetamina kif ukoll pilloli tal-ecstasy lesti biex jiġu traffikati.

    Il-persuni ġew investigati u tressqu l-Qorti aktar kmieni quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużati bi traffikar u pussess aggravat tal-imsemmija droga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0