Il-President u s-Sinjura Vella se jattendu ċ-ċerimonja tal-ħatra uffiċjali tat-tron tal-Imperatur Ġappuniż f’Tokyo

  • Ott 20, 2019 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President George Vella u s-Sinjura Vella dalgħodu ħallew Malta għal żjara ta’ jumejn fil-Ġappun. Huma ġew mistiedna biex jattendu l-ħatra uffiċjali tat-tron tal-Imperatur ġdid Ġappuniż Naruhito f’ċerimonja li se ssir fil-Palazz Imperjali f’Tokyo. 

    Għaċ-ċerimonja ġew mistiedna biex jattendu mal-5,000 ruħ, fosthom mal-193 Kap ta’ Stat inkluż il-President Vella. Il-ħatra uffiċjali se ssir nhar it-Tlieta skont ir-rit tradizzjonali Ġappuniż u se tixxandar dirett fuq l-istazzjon nazzjonali Ġappuniż.

    Il-monarkija Ġappuniża hija l-eqdem waħda fid-dinja li għadha taħtar l-eredi għat-tron bħala Imperatur. Infatti, l-Imperatur Naruhito se jinħatar uffiċjalment f’din il-kariga wara li missieru Akihito abdika mit-tron f’April li għadda. 

    Sakemm ikun il-Ġappun, il-President Vella se jieħu sehem f’taħdita mal-istudenti ta’ Chiba Univerisity of Commerce.  Huwa u s-Sinjura Vella se jiltaqgħu wkoll mal-Maltin li jgħixu l-Ġappun, rappreżentanti tal-awtoritajiet Ġappuniżi, Membri Parlamentari, diversi imprendituri u studenti. 

    Sakemm il-President Vella se jkun impenjat biż-żjara fil-Ġappun, is-Sinjura Dolores Cristina se tinħatar bħala Aġent President.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0