Elezzjonijiet bikrin fil-Maċedonja ta' Fuq wara li d-deċiżjoni tal-UE li ma tibdiex it-taħditiet formali għas-sħubija

  • Ott 19, 2019 19:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru tal-Maċedonja ta’ Fuq, Zoran Zaev (ritratt), ħabbar elezzjonijiet bikrin f’diskors li għamel lill-pajjiż fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali.

    Dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-bieraħ mill-Unjoni Ewropea biex ma tibdiex b’mod formali t-taħditiet mal-Maċedonja ta’ Fuq biex tissieħeb fil-blokk Ewropew. Is-sħubija fl-UE kienet waħda mill-punti ewlenin tal-amministrazzjoni ta’ Zaev.

    “Dan huwa dak li qed nipproponi: norganizza elezzjonijiet bikrin fejn inthom, iċ-ċittadini, tagħmlu d-deċiżjoni dwar liema triq se nkunu qed naqbdu,” saħaq Zaev.

    Matul dawn l-aħħar snin il-Maċedonja ta’ Fuq għamlet sforzi kbar biex tilħaq ir-rekwiżiti tas-sħubija fl-UE. Dan kien jinkludi li tiġġieled il-korruzzjoni fil-pajjiż, u l-bdil tal-isem minn “Maċedonja”, biex iġġib fi tmiemu l-kunflitt mal-Greċja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0