In-nisa fix-xogħol qed jiżdiedu bid-doppju tal-irġiel

  • Ott 19, 2019 08:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-aħħar ċifri dwar is-suq tax-xogħol juru kif fl-aħħar ħames snin ir-rata ta' nisa li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol kienet id-doppju ta' dik tal-irġiel.

    Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li waqt li r-rata ta' attività fost l-irġiel telgħet minn 80% fl-2013 għal 84.8% fl-2018, dik fost in-nisa żdiedet minn 52% għal 63.8%.

    Dan wassal biex id-differenza fl-attivita bejn iż-żewġ sessi niżlet minn 28%fl-2013 għal 21% fl-2018.

    Fl-UE r-rata ta' attivita fl-2018 kienet ta' 79.2% fost l-irġiel u 68.2% fost in-nisa bid-differenza fl-attivita bejn iż-żewġ sessi tkun ta' 11% jiġifieri n-nofs ta' dik f'pajjiżna.

    L-ikbar qabża fir-rata tal-attivita fost in-nisa saret fl-etajiet ta' bejn il-55 u l-64 sena hekk kif minn 39.1% il-parteċipazzjoni telgħet għal 51.9%.

    Fir-rigward tal-impjiegi waqt li fl-2013 kien hemm 75.1% tal-irġiel u 48.8% tan-nisa jaħdmu, fl-2018 dawn telgħu għal 81.5% u 61.5% rispettivament.

    Dan kien ifisser żieda ta' 6.4% fl-irġiel u 12% fin-nisa bid-differenza bejn is-sessi tkun ta' 20%, tnaqqis mis-26.3% fl-2013.

    Fl-UE kien hemm jaħdmu fl-2018 73.8% tal-irġiel u 63.3% tan-nisa bid-differenza fis-sessi tkun ta' 10.5%.

    L-NSO sab ukoll li l-ikbar żieda fl-impjiegi matul l-aħħar sitt snin kienet fis-servizzi  fejn minn 52.8% rġiel u 42.9% nisa fl-2013 in-numru ta' impjegati telgħu għal 59.5% fost l-irġiel u 55.9% fost in-nisa jiġifieri żieda ta' 6.7% u 13% rispettivament.

    Dan meta fl-UE matul l-2018 kien hemm 44.5% tal-irġiel u 53.4% tan-nisa jaħdmu fis-servizzi.

    Iċ-ċifri juru anke kif waqt li fl-2013 l-irġiel b'xogħol fultajm kienu jaħdmu 41.3 siegħa fil-ġimgħa u n-nisa 39.2 siegħa, fl-2018 dan żdied għal 41.5 siegħa u 39.7 siegħa fil-ġimgħa rispettivament.

    Fl-UE matul l-2018 l-irġiel ħadmu medja ta' 40.8 siegħa fil-ġimgħa mentri n-nisa ħadmu medja ta' 39.3 siegħa.

    Fost dawk bla xogħol iċ-ċifri juru li fost dawk li għandhom bejn 15 u 74 sena  ir-rata tal-qgħad fl-irġiel naqset minn 6.1% fl-2013 għal 3.8% fl-2018 mentri dik fost in-nisa niżlet minn 6.1% għal 3.7% waqt li fl-UE matul l-2018 il-qgħad kien ta' 6.6% fl-irġiel u 7.1% fin-nisa.

    Dwar dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni dawn naqsu minn 23.3% rġiel u 18.1% nisa fl-2013 għal 18.8% rġiel u 15.8% fl-2018 biċ-ċifri fl-UE fl-2018 ikunu ta' 12.2% rġiel u 8.9% nisa.

    Fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarja waqt li fl-2013 kien hemm 25% tal-irġiel u 32.6% tan-nisa li waslu sa dan il-livell, fl-2018 ir-rata telgħet għal 32% fl-irġiel u 37.9% fin-nisa.

    Dan meta fl-UE matul l-2018 dawk li laħqu l-livell terzjarju kien ta' 35.7% fost l-irġiel u 45.8% fost in-nisa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0