Matias Soule segwit minn tliet clubs Ewropej

  • Ott 19, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Juventus, Genoa u anke AS Monaco jinsabu interessati serjament fl-akkwist tal-midfielder offensiv ta’ Velez Sarsfield, Matias Soule. Dan il-player għad għandu biss 16-il sena iżda impressjona lis-segwaċi tal-football Sudamerikan bil-viżjoni tiegħu f’nofs il-ground.

    Bħalissa dan il-player jinsab barra mill-iskwadra tal-club Arġentin minħabba li esprima x-xewqa li jitlaq lit-team u fuq kollox li jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ club Ewropew.

    Juventus jidhru favoriti li jieħdu lil dan il-player u saħansitra jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jħallsu ċenteżmu. Fil-fatt l-aġent tiegħu, Martin Guastadisegno, qed jibda l-ewwel taħditiet mad-direttur sportiv ta’ Juventus Fabio Paratici sabiex jaslu għal ftehim formali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0