€86,433 kumpens għal ħaddiem li waqa' ġo vapur

  • Ott 18, 2019 11:40
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 64 sena se jingħata kumpens ta' €86,433 wara li weġġa' meta waqa żewġ metri ġo vapur.

    George Borg fetaħ il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Awtorita għat-Trasport, il-Valletta Gateway Terminals Limited (VGT) u Troy Ship Management Limited.

    L-inċident kien seħħ fid-19 ta' Lulju 2013 abbord il-bastiment "MV Blankenese" hekk kif kien qed jinħatta xogħol minn fuq dan il-vapur għal vapuri oħra peress li kien suġġett għal mandat ta' arrest.

    Mill-provi quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff irriżulta li huwa kien qed iħott serratizzi tal-injam u waqt li kien miexi siequ sabet spazju vojt li kien mgħotti bil-plastik, dan infaqa u Borg waqa żewġ metri.

    Rapport tar-rappreżentanti tax-xatt elenka diversi nuqqasijiet qabel il-ħatt u ikkonkluda l-inċident seta ġie evitat.

    Waqt li l-kumpanija Tory ma nżammitx responsabbli bħala l-aġent tal-merkanzija, il-VGT u l-Awtorita tat-Trasport ingħataw it-tort.

    Dan għax l-inċident seħħ f'Laboratory Wharf f'Kordin li huwa ikkontrollat mill-VGT u l-Awtorita tat-Trasport għax kienet hi li tat konċessjoni lill-istess VGT sabiex topera dan il-moll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0