L-FBI lesta terġa' tidħol fl-istħarriġ dwar il-qtil ta' Daphne

  • Ott 18, 2019 09:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Federal Bureau of Investigation (FBI) lesta biex terġa' tidħol fl-investigazzjoni li għadha għaddejja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

    Dan kien konfermat minn kelliem għall-Ambaxxata Amerikana li qalilna kif huma lesti jawtorizzaw lill-FBI tgħin lill-awtoritajiet Maltin fit-tfittxija għal min kien il-moħħ wara d-delitt.

    L-offerta tal-għajnuna lill-awtoritajiet Maltin saret f'għeluq it-tieni anniversarju mill-qtil ta' Caruana Galizia bl-Ambaxxata Amerikana tgħid li l-Istati Uniti kienet diġa tat l-għajnuna fuq talba tal-investigaturi lokali.

    Min-naħa tiegħu, il-Gvern iddikjara li l-investigazzjoni għadhom għaddejjin u fakkar li fiha ħadu sehem kemm l-FBI kif ukoll l-Europol.

    Huwa fakkar li f'inqas minn 50 jum mid-delitt tliet persuni ġew arrestati u jinsabu akkużati bid-delitt.

    Mistoqsi jekk l-FBI baqgħux involuti fl-investigazzjoni, il-kelliem għall-Ambaxxata Amerikana Ryan M. Janda ikkonferma li le.

    Huwa qalilna li l-involviment tagħha kien qabel l-arrest tat-tlitt irġiel akkużati bil-qtil madankollu għamilha ċara li l-FBI lesta terġa' tidħol fil-każ jekk ikun hemm talba mill-awtoritajiet Maltin.

    Uffiċjali tal-FBI kienu nġiebu Malta biex flimkien ma' uffiċjali minn pajjiżi oħra, primarjament l-Olanda, jgħinu lill-Pulizija Maltija ssolvi l-każ.

    Kien permezz tat-teknoloġija avvanzata li għandha li ġew interċettati l-messaġġi u telefonati li saru mit-tliet persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri dwar il-qtil jiġifieri George Degiorgio, ħuh Alfred u Vince Muscat.

    Il-Pulizija temmen li George Degiorgio kien fuq jott barra l-Port il-Kbir u kien hu li bagħat il-messaġġ li wassal għall-isplużjoni tal-bomba mentri ħuh Alfred u Muscat kienu qed isegwu l-movimenti tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0