[AĠĠORNATA] Ħasbu li setgħu ntilfu l-ħajjiet... fortunatament ħadd ma ndarab f'nirien f'Ħal Luqa

  • Ott 18, 2019 07:49
  • Miktub minn iNews
"

    Persuni li bagħtu jistaqsuna x'kien dak il-"ħoss kbir ta' splużjonijiet li segwew" u jekk dan is-sit għandux aktar informazzjoni dwar "splużjonijiet fl-inħawi ta' Ħal Luqa" dehru mħassbin hekk kif dawn il-ħsejjes tant instemgħu minn postijiet imbiegħda li kien hemm minn inkwieta li f'dan l-inċident kienu intilfu l-ħajjiet.

    Fortunatament l-isplużjonijiet svolġew fil-fabbrika Edible Oil, li ilha snin ma tintuża u għalhekk ma kien hemm ħadd fl-akwati meta seħħ l-inċident.

    Inewsmalta marret fil-post aktar kmieni mas-sebħ u jidher li partijiet mill-fabbrika sofrew ħsarat estensivi anke minħabba li hu stmat li l-pumpiera damu madwar sagħtejn biex ikkontrollaw in-nirien.

    Qabel: Inewsmalta tinsab infurmata li għall-ħabta ta' nofsillejl seħħew xi splużjonijiet f'fabbrika fi Triq l-Ingieret f'Ħal Luqa. Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

    Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Simone Grech, li ħatret l-esperti biex jassistuha.

    Ritratti: Alan Saliba/ Daniel Borg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0