Lionel Messi jirbaħ l-unur taż-Żarbun tad-Deheb għas-sitt darba

  • Ott 16, 2019 20:12
  • Miktub minn iNews
"

    Lionel Messi rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb għas-sitt darba fil-karriera glorjuża tiegħu. Dan l-unur jingħata lil dak il-player li jkun skorja l-akbar ammont ta’ goals fi kwalunkwe Kampjonat Ewropew.

    Messi skorja 36 goal fi 34 partita fil-Liga Spanjola matul l-istaġun li għadda li fisser li spiċċa bi tliet goals vantaġġ  fuq l-attakkant Franċiż ta’ PSG, Kylian Mbappe.

    Biex jilħaq lil Messi, Mbappe, kellu jiskorja ħames goals fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat Franċiż Ligue 1 kontra Reims iżda skorja goal wieħed biss hekk kif PSG kienu tilfu bl-iskor ta’ 3-1.

    Din hija t-tielet darba konsekuttiva li Messi rebaħ dan l-unur u l-11-il darba konsekuttiva li l-player li jirbaħ dan l-unur ikun ġej mil-Liga Spanjola, għalkemm Cristiano Ronaldo u Luis Suarez kienu rebħu dan l-unur bejniethom hekk kif kellhom l-istess ammont ta’ goals lura fl-2014.

    Ronaldo kien l-aħħar player li ma kienx jilgħab għall-club Spanjol li rebaħ dan l-unur, meta kien skorja 31 goal ma’ Manchester United fil-Kampjonat Premier fl-Ingilterra lura fl-istaġun 2007/08.

    L-iskorer prolifiku Portugiż rebaħ l-unur taż-Żarbun tad-Deheb erba’ darbiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0