Malta fost l-anqas b’nies f’riskju ta’ faqar

  • Ott 16, 2019 21:03
  • Miktub minn iNews
"

    Malta kompliet tikseb riżultati pożittivi fejn jidħlu ammonti ta’ persuni li qed jgħixu fil-faqar jew f’esklużoni soċjali. Ċifri uffiċjali tal-Eurostat, maħduma fuq is-sena 2018, jikkonfermaw li r-rata ta’ nies f’din il-faxxa hija inqas minn dik Ewropea. 

    F’Malta huma 19% li jaqgħu f’din il-faxxa, meta kkumparat ma’ medja ta’ 21.7% fil-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Iktar minn hekk, Malta għamlet progess kbir f’dan il-qasam, hekk kif sal-2013 kellna 24.6% ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

    Anke fejn jidħol severe material deprivation,  Malta niżlet għal 3%, ekwivalenti għal 14,000 persuna, tnaqqis ta’ 7% meta kkumparat mas-sena 2013.

    Dawn ir-riżultati juru li Malta wettqet titjieb sostanzjali meta mqabbel ma’ pajjiiżi  Ewropej oħra. Għal snin twal Malta kellha figuri li huma ferm ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. 

    Intant, Malta hija fost l-inqas pajjiżi li għandhom nies jgħixu f’familji b’intensità baxxa ta’ xogħol. Din il-faxxa tirrigwardja nies ta’ bejn 18 u 59 sena, eskluż studenti li jaħdmu anqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa.

    Din l-aħħar statistika tal-Eurostat tixhed kif 109.2 miljun persuna fl-Unjoni Ewropeja qed jgħixu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.

    Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal illi jirrikonoxxi dak li nkiseb, iżda mhux se jieqaf  hawnhekk. Huwa għalhekk li se nibqgħu viċin in-nies, se nisimgħu u naġixxu fuq każijiet individwali u li jeħtieġu attenzjoni fl-immedjat. Dan hu Gvern li għandu polz tal-poplu u li se jibqa’ viċin in-nies biex jindirizza oqsma li hemm bżonn. Il-Ministru Falzon żied jgħid illi dan kollu se jibqa’ jsir anke permezz tal-miżuri l-ġodda mħabbra fil-Baġit, fosthom iż-żieda ta’ €7 fil-gimgħa lill-pensjonanti kif ukoll iż-żieda fil-pensjoni tad-diżabilità severa li se titla’ ekwivalenti għall-paga minima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0