“Opportunitajiet biex nibnu ekonomija aktar b’saħħitha”

  • Ott 16, 2019 15:55
  • Miktub minn iNews
"

    L-ekonomista Gordon Cordina qal li, “hekk kif l-ekonomija għadha għaddejja b’andament qawwi kemm bħala tkabbir ta’ valur miżjud, impjiegi u finanzi tal-Gvern, il-baġit jiffoka primarjament fuq investimenti u inizjattivi li jilqgħu għal numru ta’ problemi li normalment iġib miegħu tkabbir ekonomiku mgħaġġel, jiġifieri t-tqassim aħjar tal-ġid, l-infrastruttura partikolarment dik tat-trasport u l-ambjent b’enfasi fuq il-klima.

    Huwa qal li dawn m’humiex biss problemi, iżda wkoll opportunitajiet biex nibnu ekonomija iktar b’saħħitha fejn l-ambjent, l-effiċjenza tal-infrastruttura u l-ġid soċjali fihom infushom jiġbdu investiment ta’ valur miżjud għoli lejn pajjiżna. 

    Cordina jemmen li dan il-bagit fil-fatt jipprovdi għal investimenti fl-ambjent bħala mezz biex itejjeb il-prodott turistiku. L-ekonomist żied jgħid li s-setturi ekonomiċi li pajjiżna qiegħed iħares biex iġib ‘l quddiem, bħalma huma l-intelliġenza artifiċjali u l-video gaming, fihom infushom joffru opportunitajiet ekonomici b’impatti ambjentali sostenibbli.

    “Il-bagit qiegħed iħares lejn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq inċentivi u investimenti, minflok fuq taxxi u penali. Dan jirrikjedi li s-settur privat u l-pubbliku kollu kemm hu jirrispondi għal dawn l-inċentivi biex jintlaħqu l-għanijiet, partikolarment dawk dwar il-klima u l-ambjent. Fin-nuqqas ta’ dan, jista’ jiġi il-bżonn tal-bastun, flimkien mal-karrotta,” sostna l-ekonomista.

    Huwa qal li dan il-baġit qiegħed jiġi ppreżentat fi klima ta’ andament ekonomiku internazzjonali li kulma jmur qiegħed isir dejjem iktar diffiċli, l-iktar minħabba diversi xkiel li qiegħed jinqala’ fin-negozju globali. 

    “Importanti li pajjiżna jibqa’ fuq quddiem fis-setturi li jagħmluh differenti minn pajjiżi oħra, pereżempju niċeċ fit-turizmu, fis-servizzi finanzjarji, fl-igaming, il-video gaming, fil-farmaċewtika u oħrajn,” spjega Cordina. Għalhekk huma wkoll essenzjali l-miżuri li l-baġit qiegħed jieħu biex itejjeb ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna madwar id-dinja, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ħasil tal-flus. Dawn jagħmlu lil Malta post iktar sigur fejn wieħed jopera u għaldaqstant għandhom fihom infushom jiġbdu iktar investiment tat-tip li pajjiżna għandu bżonn. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0