“Stennejt sħubija mandatorja fit-trejd unjins”

  • Ott 16, 2019 15:06
  • Miktub minn iNews
"

    Philip von Brockdorff, Kap tal-FEMA (Faculty of Economics, Management and Accountancy) fl-Università ta’ Malta, qal li ż-żieda fil-COLA kienet waħda mistennija minħabba r-rata ta’ inflazzjoni u l-fatt li ma żdiedux it-taxxi għandu jgħin biex ma jiżdiedux piżijiet kemm għall-ħaddiema u kemm għal min qiegħed iħaddem. Huwa stqarr però li, “kont qiegħed nistenna referenza fil-baġit għall-Pilastru Ewropea għad-Drittijiet Soċjali bħala bażi biex inkomplu nissodaw id-dimensjoni soċjali fl-ekonomija, kif ukoll għal sħubija mandatorja fit-trejd unjins, kif propost mit-trejd unjins ewlenin”. 

    Dr von Brockdorff qal li bla dubju s-sitwazzjoni fiskali u makro-ekonomika tibqa’ pożittiva grazzi għal tkabbir ekonomiku u governanza fiskali. Il-previżjoni għat-tkabbir ekonomiku jibqa’ wieħed għoli (aktar minn 4 fil-mija) filwaqt is-surplus fiskali jibqa’ ta’ 1.4 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku. Iż-żieda fit-tkabbir ekonomiku ta’ aktar minn 4% se tkun dovuta għall-investment kemm dak privat u dak pubbliku, żieda fil-konsum privat u żieda fil-konsum pubbliku. 

    “Jidher, però, li ż-żieda fil-konsum pubbliku se jeċċedi ż-żieda fil-konsum privat u dan jista’ jindika li biex insostnu t-tkabbir ekonomiku, l-ekonomija se tiddependi aktar mill-konsum pubbliku,” kompla l-ekonomista.

    Fl-opinjoni tiegħu, jidher ukoll li l-Gvern kien konxju minn riskji u xokkijiet ekonomiċi li jistgħu jirriżultaw minn żviluppi internazzjonali għalkemm ma jidhirx li fil-każ ta’ Brexit jissemmew miżuri biex nilqgħu għal din l-isfida.

    Dr von Brockdorff qal li, “naturalment iż-żieda fil-pensjoni ta’ €7 u l-aġġustament fid-dħul mill-pensjoni mhux intaxxat, kif ukoll iż-żieda fid-dħul annwali għall-eligibbilità fil-każ tal-benefiċċju tal-kera huma pożittivi u wieħed jittama li din il-miżura tal-aħħar għandha ttaffi l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw dawk li ma jistgħux jaffordjaw jixtru proprjetà.” Il-kirja medja privata llum telgħet għal aktar minn €1,000 fix-xahar u din iż-żieda qiegħda tolqot ħażin numru dejjem jikber ta' individwi u familji.

    L-ekonomista qal li hu minnu li l-ħaddiema se jingħataw bonus addizjonali biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-ħobż u ħalib, però jaħseb li l-Gvern seta’ daħħal  miżuri  biex jiżgura li l-ħaddiema bi dħul baxx, inkluż numru dejjem aktar ta’ ħaddiema barranin, jingħataw kundizzjonijiet xierqa u aktar protezzjoni.

    “Nemmen ukoll li fil-qasam ambjentali, il-Gvern seta’ kien aktar kuraġġjuż u għalkemm d-data finali sa meta l-vetturi li jiġu mpurtati f’Malta wara dakinhar ma jkunux iniġġsu għandha titħabbar is-sena d-dieħla, jidher li fil-qasam tal-kostruzzjoni l-Gvern għażel li ma jinterveniex u s-sostenibbiltà jew le ta’ dan is-settur se tibqa' f'idejn is-settur privat,” temm Philip von Brockdorff.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0