MAPFRE Malta tappoġġa l-Fondazzjoni Action for Breast Cancer waqt Pink October

  • Ott 16, 2019 14:19
  • Miktub minn iNews
"

    Matul ix-xahar t’Ottubru, il-kumpanija MAPFRE Malta għażlet li tikkontribwixxi fil-kampanja maħluqa minn Action for Breast Cancer Foundation, bl-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar  il-kanċer tas-sider. Il-Kampanja qed tqajjem kuxjenza dwar prevenzjoni u dijanjosi bikrija ta’ dan il-kanċer, waqt li tenfasizza l-importanza li wieħed jieħu ħsieb jeżamina lilu nnifsu biex b’hekk ittejeb l-possibbiltà li wieħed jegħleb din il-marda.

    Imwaqqfa minn Helen Muscat u Ester Sant, il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer hija organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ lil dawk għaddejjin minn dn il-marda, waqt li tikkollabora ma’ entitajiet oħra sabiex tiġbor fondi u tiġġenera kuxjenza lejn il-kawża.

    Il-Fondazzjoni ħadet ħsieb tipproduċi żewġt filmati qosra, bl-isem ta’ Known Your Body u Know the Signs. L-ewwel wieħed jgħin wieħed jifhem aktar il-ġisem biex b’hekk ikun jista’ jiskopri kwalunkwe tibdil li jista’ jkun hemm fis-sider. It-tieni wieħed, Know The Signs juri sinjali li wieħed għandu joqgħod attent għalihom meta jkun qed jeżamina lilu innifsu. Dawn iż-żewġt filmati jisħqu l-importanza ta’ dijanjosi bikrija. Grazzi għal kampanji bħal dawn, il-kuxjenza kibret, u iċ-ċans li wieħed isalva issa żdied għal 87%, u n-numru ta’ nisa li jitilfu ħajjithom minħabba din il-marda tnaqqset b’rata kostanti.

    Bħala parti minn din il-Kampanja, il-fundaturi ta’ Action for Breast Cancer Foundation organizzaw attivita għall-impjegati ta’ MAPFRE fejn enfasizzaw l-importanza ta’ dijanjosi bikrija permezz ta’ eżamijiet li wieħed kapaċi jagħmel fuqu nnifsu, waqt li spjegaw aħjar kif bidliet fl-istili ta’ ħajja kapaċi jipprevjenu l-kanċer tas-sider. Li wieħed jiekol ikel bnin, jikkontrolla ż-żieda fi-piż, jagħmel attivita fiżika u jevita it-tipji huma fatturi kruċjali li kapaċi jipprevenu din il-marda. Barra minn hekk, inxtraw ukoll diversi awareness pins, li ntlibsu mill-impjegati biex tkompli titqajjem kuxejnza dwar dan ix-xahar t’Ottubru.

     “Kien privileġġ li nikkollaboraw ma’ din il-Fondazzjoni u aħna ħerqana li nkomplu nagħmlu l-impenn tagħna biex titqajjem aktar kuxjenza. Huwa tassew sabiħ li tara ix-xogħol siewi li jwettqu u aħna kuntent li nistgħu nagħmlu li nistgħu biex nkomplu din il-battalja kontra l-kanċer tas-sider,” qalet Ana Cristina Zammit Munro, Uffiċjal Kap tal-Marketing ġewwa MAPFRE Middlesea.

    Barra minn hekk, MAPFRE Malta qed tħ tħeġġeġ lill-impjegati kollha biex jingħaqdu ma 'din l-inizjattiva billi jagħmlu eżami tas-sider, li l-ispiża tiegħu qed tkun koperta mill-kumpanija. “Aħna jimpurtana mis-saħħa tal-impjegati tagħna u b’hekk qed nieħdu din l-inizjattiva. Il-Kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni fost in-nisa f’Malta. Madankollu, dijanosi bikri ttejjeb ħafna ċ-ċans ta’ dak li jkun u għalhekk huwa tajjeb li l-impjegati tagħna wkoll jgħaddu minn dan l-eżami,” qalet Ines Silva, Uffiċjal Kap ta-Riżorsi Umani ta’ MAPFRE Middlesea. 

    Il-Kumpanija se tkompli tappoġġa inizjattivi bħal dawn, waqt li tkompli xxered l-għarfien matul ix-xahar ta’ Ottubru.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0