“Dawn mhux affarijiet tad-daħq. Oqgħod ‘il bogħod mill-inkwiet”... Jitressaq il-Qorti akkużat b'35 akkuża

  • Ott 16, 2019 13:46
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta’ 17-il sena tressaq il-Qorti akkużat b’xejn inqas minn 35 akkuża fosthom li saq vettura misruqa mingħajr liċenzja tas-sewqan, bi traskuraġni u b’mod perikoluż, b’serq ta’ diversi vetturi u li kien involut f’każ ta’ hit-and-run.

    Il-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda f’Ħal Safi x’ħin il-ġuvni, li ismu mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti, daħal f’karozza oħra waqt li kien qed isuq u baqa’ jserrep sakemm qabad il-bankina u baqa’ dieħel ġol-ħajt. 

    L-Ispettur Pierguido Saliba spjega lill-Maġistrat Rachel Montebello li waqt li kien għaddej bil-mutur tas-servizz fl-inħawi lemaħ raġel ta’ nazzjonalità Taljana li kien involut f’inċident u ġuvnott maġenb karozza li fuq quddiem tagħha kellha daqqa kbira.

    “Rajt lit-tnejn li huma aġitati u kellimt lill-imputat. Tlabtu għal-liċenzja u qalli li ma kinitx fuqu. Meta konna qed niċċekkjaw il-vettura qalli hu stess minn jeddu li kienet misruqa. Dak il-ħin informajnih li kien jinsab taħt arrest,” qal l-Ispettur Saliba.

    Huwa kompla jgħid li l-imputat beda jgħid li kellu xi inkwiet f’ħajtu u sadattant kienu laħqu ġew fuq il-post aktar pulizija mis-sezzjoni tal-RIU u mis-sezzjoni tat-traffiku. Qal li wara huwa ttieħed biex jiġi interrogat fejn meta kien affaċċjat b’serq ta’ vetturi oħra, ammetta l-involviment tiegħu f’dawn is-serqiet.

    “Apparti dik il-vettura, kien hemm tlieta oħra li nsterqu u saritilhom il-ħsara li kollha telaqhom għax ma kinux tajba biex jinstaqu. Kelliminih ukoll fuq il-kwalità tas-sewqan tiegħu, li skont l-imputat innifsu kien sewqan perikoluż,” tenna l-Ispettur Saliba.

    Iż-żagħżugħ, li għal diversi drabi deher jitbissem fil-Qorti, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bl-Avukat Difensur talab li jitħejja social inquiry report fil-konfront tal-imputat bil-Qorti tilqa’ din it-talba.

    Huwa talab ukoll li jingħata l-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonat sakemm ikun hemm kundizzjonijiet stretti. Il-Qorti laqgħet it-talba u tatu l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-għassa erba’ darbiet fil-ġimgħa u garanzija personali ta’ €2,000. 

    “Dawn mhux affarijiet tad-daħq. Oqgħod ‘il bogħod mill-inkwiet għalik u għall-familja tiegħek,” qaltlu l-Maġistrat Montebello filwaqt li poġġietu taħt ordni proviżorja ta’ superviżjoni.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Melvyn Camilleri u Pierguido Saliba. L-Avukat Victor Bugeja deher għall-imputat.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0