“Il-bniedem qatt mhu se jemigra lejn pjaneta barra s-sistema solari tagħna”

  • Ott 16, 2019 12:17
  • Miktub minn iNews
"

    Filwaqt li ħafna xjentisti kontinwament ifittxu għal pjaneti barra mis-sistema solari tagħna (exoplanets) biex jaraw jekk humiex abitabbli, espert partikolari qal li din l-idea hija “ġennata”. 

    Ir-rebbieħ tal-Premju Nobel Michael Mayor saħaq li l-umani qatt mhu se jirnexxilhom jemigraw lejn pjaneta oħra barra mis-sistema solari tad-dinja, dan għaliex trid “mijiet ta’ miljuni ta’ ġranet” biex tilħaq lil dawn il-pjaneti. Minflok, Mayor jisħaq li d-dinja xorta waħda għadha abitabbli u tibqa’ hekk jekk il-bniedem jieħu ħsiebha mill-aħjar li jista’. 

    Mayor, flimkien ma’ numru ta’ kollegi tiegħu, kienu ngħataw il-Premju Nobel wara li rnexxielhom jiskopru l-ewwel exoplanet fis-sena 1995. 

    Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja wara li attenda għal konferenza dwar il-possibbiltà li n-nies imorru jgħixu fi pjaneta oħra, Mayor qal li, “jekk qed nitkellmu dwar exoplanets, l-affarijiet għandhom ikunu ċari: qatt mhu se nemigraw hemm.” Hu tenna  li dawn il-pjaneti huma tant ’il bogħod li huwa kważi impossibbli biex tasal ħdejhom. Mayor huwa tal-ftehma li hu importanti li stqarrijiet bħal “nistgħu mmorru ngħixu fi pjaneta abitabbli oħra jekk id-dinja ma tkun għadha abitabbli” jispiċċaw. Huwa qal li din l-idea mhija xejn ħlief “ġennata” hekk kif bit-teknoloġija li għandna llum wieħed jeħtieġlu mijiet ta’ miljuni ta’ ġranet biex jasal sal-eqreb waħda. Huwa tenna li b’hekk għandna nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna, hekk kif din hija sabiħa ħafna u għadha waħda abitabbli ferm.

    Dwar jekk hemmx ħajja fuq pjanti oħrajn, Mayor qal li dik hija biċċa xogħol li jridu jsolvuha “l-ġenerazzjoni li jmiss”. Huwa tenna li fil-preżent ma nafux u għalhekk jeħtieġ li tiġi żviluppata teknoloġija li tippermettilna li minn distanzi kbar nindunaw jekk hemmx ħajja fuq pjaneta partikolari. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0