Diskussjonijiet mal-KE għal azzjoni konkreta dwar l-allegat inċidenti fl-ibħra bejn sajjieda Tuneżini u Maltin

  • Ott 15, 2019 20:53
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri attenda għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd ġewwa l-Lussemburgu fejn kellu diskussjonijiet informali mal-Kummissjoni rigward il-problema li s-sajjieda Maltin u Għawdxin qegħdin jaffaċċjaw mad-dgħajjes possibbilment Tuneżini fejn jidħol is-sajd tal-lampuki. Huwa spjega li l-Kummissjoni dehret b’mod ċar li se tkun qiegħda tafferma l-pożizzjoni ta’ Malta sabiex insibu soluzzjoni għal din il-problema.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkun ukoll qiegħda tressaq il-pożizzjoni ta’ pajjiżna fil-GFCM fejn Malta se tkun qiegħda tagħmel il-parti tagħha kemm f’dan il-Kumitat kif ukoll mal-Gvern Tuneżin biex tinstab soluzzjoni. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam tas-sajd qal li “qed nifhmu li l-awtoritajiet Tuneżini stess jixtiequ jsolvu din il-problema għaliex qed jaħsbu li ħafna minn dawn il-bastimenti qegħdin jagħmlu dan is-sajd b’mod illegali u mhux liċenzjat.”

    Rigward l-opportunità tas-sajd fil-Baħar Baltiku, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri esprima wkoll t-tħassib  dwar kontrolli li kienu qed jiġu proposti mill-Kummissjoni. Dan għaliex dawn il-kontrolli proposti kienu se joħolqu piż eċċessiv fuq is-sajjieda. Fil-fatt wara diskussjonijiet twal ġew imwarrba għalkollox.

    Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar diskussjonijiet li kien hemm rigward il-qasam tat-tonn fejn fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm ukoll laqgħat tal-ICAAT. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li “l-Kummissjoni tikkontrolla b’mod internazzjonali l-qbid tat-tonn fejn qegħdin nilqgħu l-proposta fejn din is-sena jidher li se jkollna żieda sostanzjali fil-kwota tat-tonn. Però aktar minn hekk irridu naraw issa kif se nimmaniġġjaw l-istokkijiet tat-tonn kif ukoll tal-pixxispad sabiex ikollna wkoll stokkijiet sostenibbli fl-ibħra tagħna.”

    Fl-aħħarnett dwar is-settur agrikolu hu qal li Malta hija tal-opinjoni li għandu bżonn ikun hemm żieda fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE, bħall-Iżvilupp Rurali, bl-għan li nirreżistu l-impatt tat-tibdil fil-klima u l-introduzzjoni ta’ pestiċidi fuq il-foresti, għaliex dawn huma l-effetti ewlenin li qegħdin jikkontribwixxu għat-telf tal-foresti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0