F'Malta l-mara taqla 12ċ inqas fis-siegħa mir-raġel

  • Ott 15, 2019 19:37
  • Miktub minn iNews
"

    L-aħħar rapport tal-European Institute of Gender Equality (EIGE) juri li għal kull Ewro li jaqla' raġel għal ċertu tip ta' impjieg, mara li tagħmel l-istess xogħol f'pajjiżna titħallas 88ċ li jfisser differenza ta' 12% jew 12ċ inqas fis-siegħa.

    Ir-rapport, “Gender Equality Index 2019: Work-Life Balance”, ipoġġi lil Malta fil-15-il post fost 22 pajjiż tal-UE hekk kif ġabet 62.5 punti minn total ta' 100 meta l-medja fl-UE kienet ta' 67.4.

    Malta marret aħjar fil-flus fejn ġabet 82.5 punti minn 100 li kien ifisser 12.2 punt aktar mill-2005 waqt li fir-rigward tax-xogħol kisbet 73.3 punt jiġifieri żieda ta' 12.5 punt fuq l-2005.

    Bħala ħin Malta kisbet 64.2 punti minn 100 mentri li kien ifisser 3.4 punti aktar mill-2005 bl-istess differenza tiġi reġistrata fit-tagħrif fejn pajjiżna kiseb 92 punt waqt li fis-saħħa ġabet 92.1 punt jew 1.4 punt aktar mill-2005.

    L-Iżvezja baqgħet l-iktar pajjiż fl-UE fejn hemm ugwaljanza bejn is-sessi hekk kif kisbet 83.6 punt minn 100 segwita mid-Danimarka u Franza b'77.5 u 74.6 punt rispettivament.

    Fin-naħa t'isfel tal-klassifika tal-ugwaljanza bejn is-sessi hemm il-Greċja fejn kisbet biss 51.2 punt li kienet segwita mill-Ungerija b'51.9 u s-Slovakkja b'54.1 punt.

    L-EIGE irrimarka dwar Malta li għalkemm hija baqgħet fl-istess pożizzjoni tal-klassifika bħall-2005 qed tagħmel progress biex tilħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0