Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) laqa’ b’mod pożittiv il-Baġit ippreżentat ilbieraħ mill-Gvern. Dan filwaqt li nnota li l-proposti inklużi jixhdu pjan ċar ta’ Gvern b’viżjoni biex Malta tibqa’ miexja ‘l quddiem. L-FŻL qalet li dan hu baġit li jaħseb fil-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni daqskemm f’dawk tal-lum.
L-FŻL laqgħet b’mod speċjali r-rieda tal-Gvern biex jiġġieled bil-provi t-tibdil fil-klima u jsaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna. u faħħret partikolarment l-iskemi għal min jixtri vetturi elettriċi, il-projbizzjoni tas-single use plastics, u l-inċentivi lin-negozji għal green corners kif ukoll l-introduzzjoni ta’ beverage container recycling scheme u water fountains fl-iskejjel huma biss uħud minn pakkett ta’ miżuri ambjentali sostanzjali u ambizzjużi.
L-FŻL innotat l-iskemi biex iktar żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom fosthom it-tisħiħ tal-iskema popolari tal-first-time buyers, iżda wkoll skemi ġodda, fosthom dik li se tkun qed tgħin persuni taħt l-40 sena b’self tad-depożitu ta’ 10% fuq ix-xiri tal-ewwel proprjetà u l-gvern jagħmel tajjeb għall-imgħax kollu fuq dak is-self.
L-FŻL laqgħet ukoll miżuri li jpoġġu lil Malta fuq quddiem fl-innovazzjoni, bl-amalgamazzjoni tal-blockchain mas-settur edukattiv, boroż ta’ studji fl-Intelliġenza Artifiċjali u t-twaqqif ta’ AI Innovation Hub. innotat ukoll li l-edukazzjoni se tkompli tissaħħaħ b’investiment fi skejjel ġodda, fl-MCAST u fl-Università ta’ Malta u skejjel oħrajn, apparti l-proposta li biex tissaħħaħ il-lingwa Maltija, se jkun hemm investiment għal ċekkjatur bil-Malti onlajn.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.