Il-GBC tqis il-baġit bħala li jagħraf l-importanza u l-ħtiġijiet ta’ Għawdex

  • Ott 15, 2019 14:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex (GBC) laqgħet b’sodisfazzjon il-Baġit għas-sena li ġejja, fejn fost oħrajn innotat ir-rata mnaqqsa fuq il-boll tat-trasferiment tan-negożju, inċentivi biex in-nies ikomplu jaħdmu wara l-età tal-pensjoni, miżuri għas-sostenibbiltà, u pjan ta’ żvilupp sostenibbli għal Għawdex.

    Il-GBC laqgħet ukoll b’mod pożittiv il-fatt li r-rata mnaqqsa tat-taxxa tal-boll fl-akwiżizzjoni ta’ proprjetà f’Għawdex hekk kif proposta minnha se tkompli.

    Bl-istess mod il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex tixtieq li ċerti investiment li kienu proposti minnha jkomplu jiġu kkunsidrati. Fost l-oħrajn dawn jikkonsistu minn investiment strateġiku fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex.

    Il-GBC laqgħet ukoll b’sodisfazzjon t-tkomplija tal-Gożo Employment scheme, u l-film fund għall-produzzjonijiet ta’ films f’Għawdex; il-ħolqien ta’ awtorità reġjonali għal Għawdex; il-ħtieġa li jiġu mfittxija niċeċ ġodda għal Għawdex; l-Iskema għal Negozji f’Għawdex li se tkun qed tara t-titjib tal-istart ip tax credit għal dawn in-negozji f’Għawdex u kif ukoll inċentivi biex kumpaniji jirrilokaw f’Għawdex; il-ftuħ tar-Research Innovation Hub u tal-Barts Medical School; u t-tkomplija tal-proġett għal żona ddedikata lill-intrapriżi ż-żgħar.

    Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex innotat ukoll b’mod pożittiv li l-aċċessibbiltà kien punt fokali ta’ dan il-baġit, fejn se jkun hemm l-introduzzjoni tar-raba’ vapur fuq bażi permanenti. Dan apparti li se jitkompla x-xogħol fuq il-fast ferry, it-tieni fibre optic cable, u hemm pjan ċar fuq it-tkomplija tal-proġett tal-mina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0