L-Imqabba u l-Qrendi se jirċievu €200,000 minn proġett ta' enerġija rinovabbli

  • Ott 10, 2019 16:16
  • Miktub minn iNews
"

    Illum il-Kunsill ta' l-Imqabba, f'isem il-komunità Imqabbija kiseb fondi bħala planning gain bħala waħda mill-kundizzjonijiet fil-ħrug ta' permess għall-instalazzjoni ta’ photovoltaic farm fi Triq is-Siġġiewi viċin Triq ix-Xaġħri l-Imqalleb u Sqaq Mudurbu fil-limiti tal-Imqabba.  

    Permezz ta’ dan il-proġett, barriera li kienet isservi bħala post fejn jintrema l-irdim, ser tiġi mibdula f’photovoltaic farm li se jservi biex tiġi ġenerata enerġija rinovabbli. 

    Farrugia spjega li "Bħala Sindku kelli l-opportunità li nkun parti mill-Bord u ppreżentajt ir-raġunijiet għalfejn għandu jitħallas planning gain lil-lokalità tal-Imqabba u tal-Qrendi la darba dan il-proġett jikkonfina ma' dawn iż-żewg lokalitajiet." 

    Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien hemm is-Sindku tal-Qrendi, is-Sur David Schembri li elenka wkoll l-osservazzjonijiet tiegħu.

    Il-bord qabel mar-raġunijiet imressqa u l-applikant, bħala parti mill-kundizzjonijiet għall-ħrug ta' ta' dan il-permess irid iħallas is-somma ta' €200,000 liż-żewg Kunsilli Lokali permezz ta' pagamenti ta' €100,000 kull Kunsill. Apparti dan l-iżvilluppatur huwa obbligat li jagħmel xogħlijiet fit-toroq imsemmija. 

    Il-lokalità tal-Imqabba, permezz ta' din id-deċiżjoni se nibbenefikaw minn proġett ta' enerġija rinovabbli u nadifa kif ukoll minn fondi, li l-Kunsill se jara li jintefqu bl-aqwa mod possibbli għall-benefiċċju tal-Imqabba. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0