“Minkejja li l-iżgħar pajjiż qed nuru li din hija ġlieda ta’ kulħadd” - Il-Prim Ministru Joseph Muscat

  • Ott 10, 2019 15:18
  • Miktub minn iNews
"

    “Minkejja li aħna l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea qed nuru lil kulħadd li l-ġlieda għall-eradikazzjoni tal-AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulożi hija responsabbiltà ta’ kulħadd mhux ta’ ftit biss”, stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jipparteċipa f’konferenza f’Lyon, Franza bl-isem ta’ ‘Step-up the Fight’, imsejħa mill-President Franċiż Emmanuel Macron. 

    Dr Muscat ħabbar li Malta għall-ewwel darba, se tkun qed tikkontribwixxi €300,000 fuq medda ta’ tliet snin għal dan il-fond.

    Il-President Franċiż Emmanuel Macron faħħar din il-kontribuzzjoni ta’ Malta minkejja li b’rizorsi limitati fejn pajjiżi li huma ferm akbar minna – b’dan l-att Malta qed turi tmexxija.

    Waqt id-diskors tiegħu, il-Prim Ministru spjega li f’Malta s-servizzi tas-saħħa diġà jikkontribwixxu biex mard bħat-tuberkulożi jkun eradikat, fosthom billi tingħata assistenza medika lil immigranti irregolari li mhux biss qed jiġu salvati mill-baħar iżda qed jirċievu screening u vaċċini għal kontra l-istess tuberkulożi, fost għajnuna medika oħra.

    Dr Muscat stqarr li fost it-52 każ ta’ tuberkulożi li jiġu rraportati f’Malta, 4% biss huma pażjenti Maltin. 

    “Minkejja li aħna l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea mhux se ninsew l-obbligazzjonijiet umanitarji tagħna”, saħaq il-Prim Ministru.

    Fl-aħħarnett, il-Prim Ministru għamel referenza għall-AIDS u l-HIV u stqarr li għandhom jitneħħew l-istigmati li jeżistu fil-konfront tal-komunità LGTBIQ, u saħansitra liġijiet li jikkriminalizzaw lil din il-komunità.

    Waqt din il-konferenza, il-Prim Ministru kien akkompanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0