Jitressqu ż-żewġ Taljani akkużati bl-importazzjoni ta' 40 Kilo kannabis

  • Ott 10, 2019 14:48
  • Miktub minn iNews
"

    Giuseppe Vecchia ta' 36 sena, u Domenico Galante ta' 46 sena, tressqu l-Qorti, akkużati b'importazzjoni, kompliċita ta' importazzjoni, kif ukoll pussess ta' droga mhix għall-użu esklussiv tagħhom. 

    Kien nhar it-Tlieta filgħaxija li l-Pulizija ħabbret s-sejba ta' 40 Kilo kannabis f'karozza ġewwa s-Swieqi, li kienu moħbija ġewwa 14-il kaxxa tal-kartun tas-sapun. Iż-żewġ Sqallin kienu fil-vettura meta din ġiet imwaqqfa u interċettata mill-Pulizija. 

    Il-Pulizija kienet ukoll interrogat raġel ta' 61 sena, residenti Santa Venera, b'rabta ma' dan il-każ. Mhux eskluż li dan ir-raġel jitressaq il-Qorti fuq reati simili fiż-żmien li ġej.

    Kemm Vecchia, u kif ukoll Galante, wieġbu mhix ħatja tal-akkużi tagħhom. Filwaqt li Galante ammetta li huwa kien is-sid ta' stabbiliment tal-ikel ġewwa San Pawl il-Baħar, Vecchia tenna li huwa ma kellux indirizz fiss f'Malta, u li huwa kien qiegħed f'pajjiżna biss għal skopijiet ta' ġita u vaganza.

    Kien hawnhekk li Galante talab lill-Qorti biex ammont ta' flus li kienu sekwestrati mill-Pulizija minn ġewwa l-vettura fil-ħin li seħħ l-arrest, jingħataw lura, minħabba li l-flus kellhom jintużaw biex iħallsu l-kera ta' propjeta tiegħu sa' tmiem il-ġimgħa. Madanakollu, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat it-talba, minħabba li dawn il-flus kienu sejrin jiġu ppreżentati mill-Pulizija bħala prova kontra tiegħu, u allura kienu sekwestrati mill-Pulizija.

    Għal dan il-għan, il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-intimat, filwaqt li ordnat lill-intimati biex ma jbiegħux xi prodotti immobbli u mobbli tagħhom. Hija ordnat ukoll li ż-żewġ persuni ma setgħux jirċievu iktar minn €13976.27 fil-kont bankarju tagħhom, sakemm ma titlesta l-eżitu tal-każ.

    Il-Maġistrat Charmaine Galea ppresediet il-każ, filwaqt li l-Ispettur Raymond Cassar mexxa l-prosekuzzjoni. Dr Giannella De Marco dehret bħal Domenico Galante, u Dr Gianluca Caruana Curran deher għal Giuseppe Vecchia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0