“Ilbierah tneħħewli l-punti… nista ngħid li bdejt ġej għall-aħjar wara l-inċident li kelli”

  • Ott 10, 2019 10:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li wara l-inċident li kellu fir-residenza privata tiegħu, huwa beda ġej għall-aħjar u li l-Erbgħa li għadda tneħħewlu l-punti.

    F'kumment li għamel fuq il-profil tiegħu ta' Facebook, il-Ministru Farrugia qal li: “ngħodda b’waħda. Bil-mod se nkun qed nerġa’ lura għall-ħidma ‘l barra mid-dar. Għalkemm kont konvalexxenti d-dar, il-ħidma xorta kompliet.”

    Huwa qal ukoll li: “ovvjament kelli mhux biss inħassar il-mawra uffiċjli fi Spanja għax kont l-emergenza imma kelli nħassar ukoll il-viżta fil-Lussemburgu fejn kelli nattendi għall-Kunsill għall-Ministri għall-Intern tal-Unjoni Ewropea fejn fost temi oħra kelli nippreżenta r-rapport dwar il-laqgħa li saret Malta fit-23 ta' Settembru bejni, u l-Ministri għall-Intern ta' Franza, Ġermanja u l-Italja flimkien mall-Presidenza Finlandiża u l-Kummissarju Ewropew għall-Intern u Immigrazzjoni. Nirringrazja lir-Raprezentant Permanenti Malti għall-UE li ressaq ir-rapport minfloki. Laqgħat bejn persuni teknici minn numru konsiderevoli ta' membri stati se jibdew fil-jiem li ġejjin ħalli jevalwaw id-dokument preżentat.”

    Il-Ministru Farrugia kompla jirringrazzja lill-President ta’ Malta, lill-Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Arċisqof, il-Kap tal-Oppożizzjoni, membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra, Ministri Kollegi barranin, il-Korp Diplomatiku, u lil dawk il-mijiet li awgurawlu fejqan ta’ malajr u tawh il-kuraġġ bil-messaġġi tagħhom biex jibqa’ jkun pożittiv.

    “Fuq kollox irrid nirringrazja lil min tagħni l-ewwel għajnuna, l-istaff impekkabli tad-Dipartiment tal-Emerġenza nkluż it-tobba li ħadmu biex jikkontrollaw id-demm u eventwalment jagħtuni l-attenzjoni meħtieġa, kif ukoll l-istaff tas-CCU u l-ispeċjalisti li ħadu ħsiebi,” temm jgħid il-Ministru Farrugia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0