Stefano Pioli jiffirma ma’ Milan ... il-partitarji jibqgħu jipprotestaw

  • Ott 10, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġurnata tal-Erbgħa bdiet uffiċjalment l-avventura ta’ Stefano Pioli bħala coach ta’ AC Milan. Wara li kellu ikla mal-ogħla awtoritajiet Milanisti mmexxija minn Zvonimir Boban, Paolo Maldini u Frederic Massara,  kien hemm il-firma tal-kuntratt li bih se jkun jista’ jmexxi lir-Rossoneri għall-partiti futuri tal-club. Wara nofsinhar hu kellu ċ-ċans jiltaqa’ mal-players għall-ewwel darba sabiex eventwalment mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.

    Sadanittant il-protesti tal-partitarji ta’ Milan komplew mhux biss fit-toroq ta’ madwar Stadio San Siro iżda wkoll fuq il-mezzi soċjali fejn esprimew ir-rabja tagħhom għal din l-għażla aktar u aktar meta se jkun ex manager ta’ Inter li jmexxihom. Dawn l-istess partitarji ppretendew li jkun Luciano Spalletti li jmexxi lit-team iżda minħabba kwistjonijiet ekonomiċi dan kollu ma seħħx. Ħafna sostnew li l-istorja tal-club qed tiġi ridikolata bid-deċiżjonijiet ħżiena li ilhom jittieħdu f’dawn l-aħħar snin.

    Pioli se jkun qed jieħu post Marco Giampaolo li tneħħa mill-kariga wara biss seba’ logħbiet tal-kampjonat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0