Dar ġdida għall-marki ta’ Motors Inc.

  • Ott 08, 2019 09:23
  • Miktub minn iNews
"

    Alfa Romeo, Fiat u Jeep daħlu fix-showrooms ġodda ta’ Motors Inc. fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Il-marki tal-karozzi leġġendarji jagħmlu parti minn Fiat Chrysler Automobiles, wieħed mill-gruppi awtomobilitstiċi ewlenin fid-dinja, u t-tlieta li huma żviluppaw preżenza importanti fis-suq Malti.

    L-ispazju ġdid f’Ħal Qormi jilqa’ wkoll il-karozzi Opel u Kia Motors, li jiffurmaw ukoll parti mill-familja ta’ Motors Inc. Il-ġabra tad-ditti kollha taħt l-istess saqaf hija pass ieħor fi proġett ambizzjuż biex jinħoloq sit dedikat għall-klijenti u viżitaturi ta’ Motors Inc.

    “Ir-rilokazzjoni lejn Triq l-Imdina hija parti ċentrali fl-istrateġija tagħna li nwasslu servizz dejjem aktar iffukat fuq il-klijenti,” spjega Jonathan Cremona, kap tal-Iżvilupp Strateġiku. “Bħala waħda mill-akbar kumpaniji fis-suq tal-karozzi, Motors Inc. hija impenjata li toffri l-aqwa esperjenza lil min iżurna.”

    Id-dipartiment tal-After Sales ġie wkoll trasferit għall-indirizz il-ġdid minn Ħal Lija. Dan il-qasam jiġbor fih is-sezzjoni tal-parts, body shop, u ċ-ċentru fejn jingħata s-servizz għal Alfa Romeo, Fiat, Jeep, Kia, Opel kif ukoll għal Hyundai u Iveco.

    Motors Inc. qed iġġib flimkien l-operat kollu sabiex takkomoda l-ħtiġijiet tal-klijenti b’esperjenza iżjed konvenjenti. Minn mindu ġiet imwaqqfa, il-kumpanija kabbret malajr reputazzjoni għal eċċellenza u sodisfazzjoni tal-klijent; is-sit il-ġdid qed jerġa’ jgħolli l-livell. Għal aktar informazzjoni tista’ żżur motorsinc.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0