Għal darba oħra Evarist Bartolo jgħid li mhux kuntent bl-ammont ta’ studenti fl-Università Amerikana

  • Ott 07, 2019 19:05
  • Miktub minn iNews
"

    Għal darba oħra, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo ddikjara li xejn mhu sodisfatt bl-ammont ta’ studenti li qed jistudjaw fl-Università Amerikana (AUM). Hu ma waqafx hemm imma qal li issa quddiem il-ħafna dikjarazzjonijiet sar allerġiku għal dawk li jgħidu li se jġibu eluf ta’ studenti f’entitajiet edukattivi.

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni ddikjara ukoll li hu ma jridx sistema offshore fl-edukazzjoni f’Malta. Qal li l-gvern irid jilleġiżla biex jattira lejn il-pajjiż investituri bis-serjetà. Enfasizza li l-gvern irid joqgħod attent mit-traffikar tal-bnedmin f’dan is-settur biex jinxtraw il-visas biex l-istudenti jaħarbu minn pajjiżhom.

    Hu kien qed jitkellem waqt li bdiet id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola istituzzjonijiet edukattivi avvanzati u ogħla u provdituri ta’ edukazzjoni f’Malta u materji oħra anċillari. F’dan l-abbozz il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla stabbilità permezz tal-Att dwar l-Edukazzjoni qiegħda b’dan tiġi fuq sieqha mill-ġdid u inkorporata f’dan l-Att.

    Bħala l-Awtorità Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla f’Malta, hawn iżjed ’l quddiem imsejħa "l-Awtorità", tfittex li tippromwovi u tiżviluppa edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta permezz tar-regolamentazzjoni u l-promozzjoni tal-aħjar prattiċi, u l-Awtorità għandha tieħu f’idejha l-attiv u l-passiv, id-drittijiet u l-obbligi kollha li qabel kienu vestiti fil-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0