''Meta tgħid li xi ħadd qed ikun investigat tkun qed tgħin biss lill-persuna investigata - Il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar rapport f’The Sunday Times

  • Ott 07, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, wara domanda mill-Kap tal-Oppożiżżjoni Adrian Delia dwar rapport f’The Sunday Times rigward l-invstigazzjoni dar il-qtil ta’ Daphn Caruana Galizia, qal li meta xi ħadd isemmi li t-tali jew talija qed ikunu investigati, ma jkun qed jagħmel xejn ħlief jgħin lil dawn investigati. Il-Prim Ministru qal li “l-istqarrijiet li saru minn membru ta’ din il-Kamra wara li ġie pubblikat l-artiklu imsemmi kien b’informazzjoni li ma kinitx fl-artiklu. Jien minn naħa tiegħi bħala Prim Ministro mhux xogħli u nkunu qed nagħmlu ħażin ħafna, illi noqogħdu nikkonfermaw, nispekulaw fuq informazzjoni li setgħet ġiet pubblikata. Jien ma nkunx infurmat fuq investigazzjonijiet. Ma nkunx infurmat dwar id-dettalji u nkun infurmat meta l-awtoritajiet iħossu li jagħmlu dan. Nixtieq ngħid biss li hi l-mezz tax-xandir li trid terfa’ r-responsbbilità ta’ dettalji li jinħarġu. La qed nikkonferma u lanqas niċħad dak li hemm miktub. Minn naħa l-oħra meta inti tagħti informazzjoni speċifika dwar investigazzjoni li għadha għaddeja, li b’mod razzjonali ngħidulha l-akbar investigazzjoni kriminali dwar att oxxen u kodard, meta tgħid li dak qed ikun investigat tkun qed tgħin biss lil dik il-persuna li tista’ tkun qed tiġi investigata. Inkunu qed ninfurmaw persuna li l-Pulizija qed jiġru warajk. L-artiklu jikkonferma ħaġa waħda li l-investigaturi qed jagħmlu xogħlhom”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0