''Kemm hawn 'mobile classrooms' f’Malta?...Għaliex it-tfal spiċċaw fihom?''... Clyde Puli jistaqsi

  • Ott 07, 2019 18:30
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-Parlament saru domandi dwar l-ammont ta’ ‘mobile classrooms’ li hawn fl-iskejjel Maltin. Id-domandi kienu jikkonċernaw ukoll ir-raġuni għaliex inħasset il-ħtieġa li tfal ikollhom jużaw mobile classroom flok il-klassi. Il-Ministru Evarist Bartolo wieġeb għal dawn id-domandi u qal li “bħalissa hemm 13-il temporary classroom fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u 10 fl-iskola sekondarja taż-Żejtun.

    F’San Pawl il-Baħar qed nużaw dawn il-klassijiet bħala estensjoni tal-iskola sakemm fi ftit xhur oħra niftħu l-iskola l-ġdida tal-Qawra. Fiż-Żejtun qed nużawhom waqt li jinsab għaddej xogħol estensiv biex inkabbru u nsebbħu l-iskola fejn qed nibnu sular ġdid fuq kull blokka u nimmodernizzaw il-bini eżistenti.” Qal ukoll li “xogħol kbir bħal dan ma jistax isir mil-lum għal għada u bilfors irid jitqassam f’għadd ta’ fażijiet li jieħdu ż-żmien.

    Għaldaqstant, biex niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi waqt li dan ix-xogħol ikun għaddej, kif ukoll biex kemm jista’ jkun nimxu max-xewqa ta’ bosta ġenituri biex it-tfal ma nċaqalquhomx mil-lokalità tagħhom, dehrilna li din hi l-aħjar soluzzjoni.” Sostna li “nieħu din l-okkażjoni biex inserraħ ras il-ġenituri ta’ tfal li jużaw dawn il-klassijiet temporanji li huma attrezzati bl-aħjar faċilitajiet sew ta’ tagħlim kif ukoll biex l-istudenti jkollhom kundizzjonijiet ambjentali xierqa. Bl-ebda mod ma aħna qed inbaxxu l-kwalità ta’ tagħlim bl-użu ta’ dawn il-klassijiet temporanji.” Spjega li “ninsab nfurmat li fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun hemm 176 student li qed jagħmel użu mit-temporary classrooms waqt li jużaw ukoll klassijiet oħra tal-iskola, filwaqt li fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar hemm sittin (60) student jagħmlu użu mit-temporary classrooms peress li ċertu prefabs jintużaw għal laqgħat jew one-to-one sessions.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0