Bosta xandara jsellmu l-memorja ta' Martin Micallef

  • Ott 01, 2019 12:09
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mewt taċ-Ċermen tal-Awtorita tax-Xandir Martin Micallef ħasdet bosta xandara kif ukoll impjegat tal-istess awtorita.

    Micallef, li kien ilu jservi fil-kariga minn April 2017, tilef il-battalja mal-kanċer fl-eta ta' 61 sena.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu fejn irrimarka kif kien ixxukkjat bl-aħbar tal-mewt.

    Huwa faħħar il-mod eċċezzjonali kif Micallef mexa fil-kariga u sostna n-nuqqas tiegħu se jinħass.

    Dr Joanna Spiteri, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tax-Xandir, ukoll esprimiet id-dieqa għal din l-aħbar fejn sostniet li t-tmexxija tiegħu saħħet l-organizzazzjoni u l-industrija b'mod ġenerali.

    “Huwa se jibqa' mfakkar għad-dedikazzjoni u l-professjonalita tiegħu”, żiedet tgħid Dr Spiteri.

    Micallef qatta madwar 40 sena jaħdem fil-qasam tax-xandir fosthom bħala ġurnalist.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0