“Il-verita hija tagħna, il-monopolju tas-silenzju tal-Gvern”

  • Set 20, 2019 21:43
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika l-Gvern fuq l-immaniġġjar tiegħu tal-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, u tenna kif, "filwaqt li l-verita hija tagħna, il-monopolju tas-silenzju huwa tal-Gvern."

    Delia akkuża lill-Gvern b'nuqqas ta' viżjoni, u saħaq li "l-għajta ta' dan il-Gvern, minflok viżjoni konkreta, hemm ċpar. Hemm Prim Ministru li jiftaħar li ma jridx li jkollna pjan fit-tul. U dan jidher fil-fatt li, minkejja t-tkabbir ekonomiku, ddgħajfet is-soċjeta tagħna u tkisser l-ambjent tagħna. Issa qegħdin nintebħu u naraw li l-aġir ta' dan il-Gvern qiegħed iġorr il-konsegwenzi tagħhom, mhix biss fuq il-Gvern, iżda fuq il-poplu Malti u Għawdxi kollu, għaliex il-pjan tiegħu huwa sempliċiment il-ħtif u l-abbuż ta' dak li huwa tagħkom."

    Il-Kap tal-PN kkritika l-Gvern talli, fil-ġurnata fejn kien hemm protesta globali. kontra t-tibdil tal-klima, inkluż quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta, 'il-Gvern iddeċieda li jikkomemora din il-protesta billi jiftaħ triq ġdida ġewwa Aldo Moro. Minflok jiġġieled it-tniġġis, qiegħed iwessa t-toroq."

    Huwa rrefera wkoll għal statisitka tal-Ewrobarometru, li skont hu wriet kif "Malta turi l-inqas rata ta' żieda fil-pagi tagħna, 1.1% biss. Kejjel dan mal-għoli tal-ħajja, u jidher fiċ-ċar li fl-aħħar tlett snin, il-ħaddiema tagħna qalgħu inqas minn kull sena qabel dawn it-tlett snin."

    Fuq l-aħbarijiet riċenti li kien hemm relatati mal-Amministrazzjoni tal-MFSA, Delia fakkar kif kien Gvern Nazzjonalista li ħalaq u kattar din l-Awtorita, "liema awtorita wasslet għat-tnissil ta' impjiegi ta' salarji tajbin. Taħt dan il-Gvern, din il-ġimgħa smajna kif huwa stess biddel il-liġijiet biex jagħti lilu nnifsu €150,000, mhix biex jitlaq permanenti, iżda biex jitlaq għal ftit ġranet imbagħad jidħol biex jagħmel l-istess ħaġa. Dan huwa serq, din hija kriminalita."

    "Il-fatt li kien eks-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Joe Brincat, li saħaq u żvela pubblikament dan l-abbuż, tfisser ħafna. Inutli jiġi l-Prim Ministru u jgħid li għad għandu fiduċja fil-Bord tal-MFSA, għax aħna ngħidulu: Aħna mgħandniex fiduċja fik. Qiegħed tidħaq bina, bi-poplu Malti u Għawdxi kollu. U jrid ipatti ta' għemilu, u jħallas il-konsegwenzi."

    Wara li rrefera kemm il-darba fuq l-allegat abbuż tal-ambjent, Delia appella lill-Gvern biex jimxi fuq il-passi ta' Gvernijiet oħra, u jiddikjara emerġenza tat-tibdil tal-klima. "Pajjiż żgħir bħal Malta se jkun minn tal-ewwel li sejjer isofri l-konsegwenzi negattivi ta' dan it-tibdil negattiv fil-klima, u għalhekk sejrin nirrikorru għall-Parlament biex nappellaw lill-Gvern u jiddikjara din l-emerġenza, u jibda jaħdem fuqha mill-iktar fis."

    Hawn ta' min jinnota li fl-ebda ħin Delia ma rreaġixxa għall-aħbar li ħarġet ftit tal-minuti qabel id-diskors tiegħu, dwar il-ħatra ta' inkjesta pubblika fuq l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia. Minflok, għad jirreferi għal dak li huwa sejjaħ bħala l-ħtif tal-Awtoritajiet indipendenti minn dan il-Gvern, fosthom il-Qrati u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0