José Mourinho ma’ Real Madrid?

  • Set 20, 2019 15:17
  • Miktub minn iNews
"

    Teżisti possibbiltá kbira li José Mourinho jista’ jerġa’ jmexxi lit-team ta’ Real Madrid hekk kif rapporti fil-media Spanjola qed isostnu li l-coach attwali, Zinedine Zidane, jista’ jitkeċċa wara l-umiljazzjoni ta’ 3-0 għand Paris St-Germain, nhar l-Erbgħa li għadda, valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

    Barra minn hekk, fil-kampjonat huma jinsabu fit-tielet post wara li ntlagħbu erba’ logħbiet.

    Il-fatt li Real Madrid naqsu li jbiegħu lil Gareth Bale biex minfloku jiġi ffirmat Paul Pogba, wassal għal relazzjoni xejn tajba bejn il-president Florentino Perez u Zidane nnifsu u għaldaqstant ma tkun l-ebda sorpriża li dan tal-aħħar jiġi mkeċċi.

    Iżda jekk isir hekk, il-Madrileni jridu jħallsu €70 miljun lill-coach Franċiż minħabba li jinsab taħt kuntratt.

    Min-naħa ta’ Mourinho, li għandu 56 sena, issa ilu mingħajr xogħol minn Diċembru li għadda, mindu tkeċċa minn Manchester United.

    Huma kien mexxa lit-team Madrilen bejn Mejju 2010 u Ġunju 2013.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0