Is-servizz pubbliku “l-id leminija ta' dan il-Gvern” - Joseph Muscat

  • Set 20, 2019 11:07
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq fuq l-importanza tas-servizz pubbliku fil-ħidma ta' dan il-Gvern, u tenna li "mingħajr l-id leminija tiegħu, il-Gvern ma jistax imexxi dan il-pajjiż, aħseb u ara jwettaq i-viżjoni ta' tibdil tiegħu."

    Filwaqt li faħħar lill-uffiċjali kollha "talli wettqu ċertu miżuri li ħaddieħor kien iddeskriva bħala impossibbli", Muscat tenna kif din il-ħidma kollha kienet tfisser ħaġa waħda: "Titjib fil-kwalita tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin kollha, liema titjib ser iwassal biex pajjiżna ikun lest għall-futur."

    Muscat tenna kif l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda fis-servizz pubbliku, fosthom l-Intelliġenza Aritifiċjali u l-Internet of Things, wasslet għal servizz iktar wiesa, "madanakollu il-kuntatt u l-metodu tradizzjonali għadhom importanti wkoll. Ta' min ifakkar li s-Servizz Pubbliku jirċievi xejn inqias minn 48,000 telefonata fix-xahar, kif ukoll 500,000 email, filwaqt li l-hubs reġjonali, li joffru bejniethom mal-250 servizz differenti, jilqgħu fi ħdanhom ukoll kważi 20,000 persuna differenti."

    "B'hekk, għamilna diversi passi l-quddiem biex ikollna servizz li jkun ċivili għan-nies, u mhix servizz li jintilef fil-burkorazija interna. Is-servizz pubbliku qiegħed iżomm lilu nnifsu kontabbli."

    Muscat tenna kif il-Baġit tal-Gvern għas-sena li ġejja "ser ikun qiegħed juri b'mod ċar li l-Gvern għad fadallu ħafna x'jagħmel biex jilħaq il-viżjoni tiegħu għall-pajjiż. "U għal sena oħra, sejrin nistrieħu fuqkom, biex mill-għada tal-baġit, naħdmu flimkien biex nkomplu nwettqu l-bidla f'dan il-pajjiż."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0