Sports day għall-anzjani

  • Set 19, 2019 19:47
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, attenda għal sports day għall-anzjani organizzata mid-Direttorat għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. 

    Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis sostna li dan huwa mod ieħor ta’ kif nistgħu nkomplu nippromwovu l-anzjanità attiva, fejn anzjani li fid-djar residenzjali jkollhom l-opportunità li jżommu ruħhom attivi wkoll, b’mod addattat għalihom. Filwaqt li avveniment bħal dan huwa sabiħ ukoll għax jiġbor diversi anzjani mid-djar madwar pajjiżna, huwa importanti li fuq livell iżgħar ikun hemm ukoll opportunitajiet ta’ attività fiżika b’mod regolari fid-djar residenzjali.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Dr Renzo De Gabriele, spjega li l-għan tad-Direttorat għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità huwa li jieħdu ħsieb lill-anzjani b’mod ħolistiku.  Għalhekk jipprovdi servizzi u jorganizza attivitajiet li jieħdu ħsieb l-anzjani mill-aspett ta’ saħħa, dak psikoloġiku, u dak soċjali.  Attività bħal din tkun ta’ għajnuna sabiex l-anzjani jibqgħu attivi u f’saħħithom fis-soċjetà.

    F’dan l-avveniment ipparteċipaw madwar 600 anzjan u anzjana residenti fid-djar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex, fejn flimkien se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’logħob differenti u li hu addattat għal dawn l-anzjani. Sabiex din l-attività setgħet tittella’ taw l-appoġġ tagħhom ukoll l-Allied Health Professionals, liema professjonisti jaħdmu mal-anzjani fil-komunità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0