Koppja jammettu li għexu mill-qligħ tal-prostituzzjoni

  • Set 19, 2019 19:11
  • Miktub minn iNews
"

    Sitt nisa u raġel tressqu l-Qorti akkużati b’reati relatati mal-prostituzzjoni wara li l-Pulizija wettqu numru ta’ rejds fuq għadd ta’ stabbilimenti Ċiniżi tal-massaġġi.

    L-Ispettur John Spiteri spjega lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif il-pulizija investigaw numru ta’ ilmenti minn residenti Mostin dwar massage parlour li seta’ kien qed jopera bħala burdell.

    L-investigazzjoni ssoktat u wasslet għal rejds fil-Fgura, f’Birkirkara u anke f’Raħal Ġdid fejn ġew arrestati ħames nisa li kienu qed jaħdmu bħala prostituti u l-koppja li kienet qed  timpjegawhom.

    L-ewwel li tressqu kienu Carmelo Sammut ta’ 65 sena minn Ħaż-Żabbar u l-mara Ċiniża tiegħu Yanxia ta’ 47 sena, li jamministraw erba’ massage parlours. Fuq il-mowbajl, ir-raġel kellu filmati CCTV bil-klijenti jidhru ċari. 

    L-Ispettur Spiteri spjega kif in-nisa setgħu jidhru mit-triq, liebsa b’mod suġġestiv, mill-5.00 p.m. ‘il quddiem. Il-koppja ġew mixlija li kienu qed jgħixu minn fuq il-prostituzzjoni u li mexxew burdell fost oħrajn.

    Huma wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u kienu kkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ €450 kull wieħed.

    Warajhom tressqu ħames nisa Ċiniżi, li l-età tagħhom tvarja bejn 33 u 42 sena, u li ġew akkużati li mexxew burdell u tlajjar għall-finijiet ta’ prostituzzjoni. Huma wieġbu mhux ħatja u nżammu arrestati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0