“Lest nirtira l-libelli kontra DCG jekk qrabatha jaċċettaw il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant” - Il-PM Joseph Muscat

  • Set 19, 2019 14:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat għal darb’oħra tenna li huwa lest li jwaqqa’ l-każijiet ta’ libell fil-konfront tal-familja Caruana Galizia kemm-il darba din taċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta indipendenti dwar Egrant.

    “L-inkjesta indipendenti, ippreseduta minn Maġistrat, eżonerat lili u lill-familja tiegħu minn akkużi serji miġjuba kontrina minn Daphne Caruana Galizia u sabet li d-dokumenti li suppost kienu juru li saret xi ħaġa ħażina kienu ffalsifikati. Il-konklużjonijiet tal-inkjesta kienu ġew ippubblikati mill-Avukat Ġenerali,” tenna l-Prim Ministru f’risposta uffiċjali għal ittra mibgħuta mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem b’rabta ma’ każijiet pendenti ta’ libell. 

    Fir-risposta tiegħu, Dr Muscat jirreferi wkoll għal-liġi dwar il-midja u d-defamazzjoni li ġiet promulgata minn dan il-Gvern wara konsultazzjonijiet twal kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali b’mod partikolari mal-OSCE. Din il-liġidaħlet fis-seħħ f’Mejju tal-2018. 

    Huwa fisser din il-liġi bħala waħda progressiva u li tħares ‘il quddiem. Fakkar kif din neħħiet b’effett immedjat il-libell kriminali u r-reati kollha relatati fil-kodiċi kriminali u f’liġijiet oħra. 

    Dr Muscat tenna wkoll li l-protezzjoni ta’ sorsi ġurnalistiċi ġew imsaħħa wkoll biex jipproteġu l-ġurnaliżmu tan-nies filwaqt li d-difiżi legali tal-ġurnalisti ġew immodernizzati biex jirriflettu l-aktar liġi riċenti u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    Fost affarijiet oħra huwa saħaq li l-Gvern m’għandu l-ebda awtorità li jġiegħel persuni oħra biex iwaqqgħu l-każijiet li għandhom kontra Caruana Galizia fil-Qorti Ċivili. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0