Alfred Sant jastjeni fuq vot dwar BREXIT fil-Parlament Ewropew

  • Set 18, 2019 20:55
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex Prim Ministru Alfred Sant astjena fuq vot fil-Parlament Ewropew dwar riżoluzzjoni fuq BREXIT.

    Permezz ta’ spjegazzjoni dwar li-vot fil-Parlament Ewropew, Dr Alfred Sant iddikjara li riżoluzzjoni bħal din ma tistax isservi għal ebda skop utli fl-istadju preżenti tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Dr Sant fakkar li l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar BREXIT ġiet affermata b'mod ċar numru ta’ drabi u għalhekk kienet magħrufa sew u sa issa ma ġara xejn biex din tinbidel.

    "Il-vera problema fil-mument hi li r-Renju Unit jinsab fil-qalba ta’ kriżi istituzzjonali enormi li tista' twassal lill-pajjiż f’diffikultajiet ekonomiċi u soċjali", żied Dr Sant.

    Dr Sant esprima t-tama li kompromess tal-aħħar minuta jista' jiġi offrut mill-gvern Ingliż għal ftehim dwar BREXIT li jissodisfa n-naħa tal-UE f'liema każ il-Parlament Ewropew ikun informat  sabiex jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu.

    Dr Sant qal li din ir-riżoluzzjoni m’hu se jkollha l-ebda effett fuq is-sitwazzjoni li għaddejja, ħlief billi toħloq aktar ħoss politiku, li diġà hemm wisq. Iktar ikun għaqli nkunu siekta dwar il-kwistjoni filwaqt li nżommu għajnejna miftuħin”, ikkonkluda Dr Sant.

    Membri tal-Parlament Ewropew mill-Partit Laburista Brittaniku ukoll astjenew dwar ir-riżoluzzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0