Matthijs De Ligt ? Joao Felix .... sfida affaxxinanti

  • Set 18, 2019 00:55
  • Miktub minn iNews
"

    Ħafna jlaqqmuhom bħala t-tfal tal-1999 minħabba li twieldu fl-istess sena. Fil-futur beħsiebhom ikunu protagonisti tad-dinja tal-ballun. Wieħed jilgħab fid-difiża u l-ieħor fl-attakk, wieħed fl-Italja u l-ieħor fi Spanja u nhar l-Erbgħa se jkunu rivali ta’ xulxin fl-isfida mill-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League. Dawn huma Matthijs de Ligt ta’ Juventus u Joao Felix ta’ Atletico Madrid.

    It-tnejn li huma swew mhux ħażin lill-clubs rispettivi tagħhom. Felix sewa €127.2 miljun filwaqt li De Ligt għandu valur ta’ €80 miljun.

    F’kummenti li taw lill-mezzi tax-xandir rispettivi, Felix qal li jinsab trankwill għal din il-partita filwaqt li De Ligt sostna li jinsab lest għall-gwerra.

    Bosta dilettanti tal-football internazzjonali qed isostnu li t-tnejn  diġá għandhom imġieba ta’ veterani minkejja li għad għandhom 20 sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0