Tagħti tip ta' $5,000 lil waitress biex tpattiha lill-għarus għax ma xtralhiex biljett tal-ajru

  • Set 17, 2019 15:40
  • Miktub minn iNews
"

    L-awtoritajiet waqqgħu l-akkużi tagħhom fil-konfront ta’ mara li użat l-credit card tal-għarus tagħha biex tagħti tip ta’ $5,000 lil waitress f’restorant fi Florida.

    Serina Wolfe, ta’ 24 sena, kienet ġiet arrestata fuq l-akkuża li għamlet użu mhux awtorizzat f’restorant f’Ġunju li għadda. Jidher li hija għamlet dan f’ritaljazzjoni wara li l-għarus tagħha kien irrifjuta li jixtrilha biljett tal-ajru.

    L-għarus tagħha, Michael Crane ta’ 29 sena, kien irrapporta l-frodi u qal li kellhom argument u li Wolfe kienet fis-sakra u kienet qed tipprova tpattihielu.

    Wolfe, li hija minn New York, kienet fuq btala ma’ Crane meta seħħ l-inċident, bir-raġel jgħid li kien wara li kellhom argument li Wolfe talbet li jixtrilha biljett tal-ajru biex tirritorna lura d-dar. Kien wara li huwa rrifjuta li jixtrilha l-biljett tal-ajru li hija vvindikat ruħha u għamlet użu mill-karta ta’ kreditu ta’ Crane biex tagħmel tip ġeneruża lill-waitress.

    B’xorti tajba għaliha, il-Pulizija waqqgħu l-akkużi fil-konfront tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0