Iffirmat ftehim biex aktar persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol

  • Set 16, 2019 20:34
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt l-iffirmar tal-ftehim bejn Aġenzija Sapport u l-Malta Employers’ Association (MEA), is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis sostna li l-isfida li l-persuni b’diżabilità jsibu diffikultà biex isibu impjieg irridu ndawruha f’opportunità bil-għan li nilħqu mira li l-ebda persuna b’diżabilità ma tkun f’sitwazzjoni ta’ qgħad.

    Anthony Agius Decelis spjega li sa Frar li għadda, ftit aktar minn 2,700 persuna b’diżabilità kienu ngaġġati f’impjieg fuq bażi  full-time filwaqt li madwar 850 persuna oħra kienet qed taħdem fuq bażi part-time. Minkejja l-avvanzi li saru u l-isforzi li qed isiru min-naħa tal-gvern u r-rispons pożittiv li hemm mill-intrapriża, xorta waħda hemm persuni li għandhom diżabilità li għadhom ifittxu impjieg.

    Joseph Cini, il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport, enfasizza l-importanza ta’ dan il-ftehim għax se jwassal għal kollaborazzjoni aktar b’saħħitha ma’ kumpaniji u ma’ intrapriżi fis-settur privat. Din il-kollaborazzjoni se tgħin fil-promozzjoni ta’ servizzi u proġetti tal-aġenzija li kumpaniji u ħaddiema tagħhom jistgħu b’xi mod jibbenefikaw minnhom.

    Is-Sur Cini saħaq li fil-preżent diġà bdiet ħidma bejn iż-żewġ entitajiet fejn membri tal-assoċjazzjoni se jirċievu taħriġ minn Aġenzija Sapport dwar kif jistgħu jimpjegaw u jintegraw persuni b’diżabilità fuq il-post tax-xogħol permezz tal-proġett INK, programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u mmexxi minn Aġenzija Sapport. 

    Is-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-MEA, żied li din il-kollaborazzjoni hi waħda minn sensiela li l-MEA qed taħdem fuqhom biex ittejjeb il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diżabilità fix-xogħol. Hu qal li b’dan il-ftehim ma’ Aġenzija Sapport se jkun hemm sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-aġenzija, azjendi ta’ negozju u nies b’diżabilità. Semma li permezz tal-MEA Index se jiżdiedu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni lill-kumpaniji li jkollhom interess li jimpjegaw nies b’diżabilità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0